Il-Fortifikazzjoni

Is-Swar fil-Belt Valletta
Kemm jekk tħares lejha mill-ajru jew inkella minn fuq il-baħar, l-ewwel ħaġa li tolqtok hija d-dehra invinċibbli u grandjuża tal-gżira, minħabba l-mod kif inhi mibnija. L-irwol storikament strateġiku tagħha bħala kolonja li tħares lill-Ewropa Kristjana mill-Imperu Ottoman ħalla lil Malta b’sistema ta’ difiża mill-aktar b’saħħitha ta’ fortifikazzjonijiet li llum il-ġurnata, għalkemm f’termini militari ma għadhomx meħtieġa, huma parti indispensabbli mill-pajsaġġ Malti.

Il-fortifikazzjonijiet, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma kkonċentrati madwar iż-żona tal-Port il-Kbir, kienu nbnew primarjament matul ir-renju tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Bl-użu ta’ wħud mill-aqwa arkitetti u inġiniera militari tal-Ewropa, il-fortifikazzjonijiet komplew jittejbu u jissaħħu kontinwament f’dak li llum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa eżempji ta’ arkitettura ta’ difiża militari fid-dinja.

 

Minbarra l-ħarsien kontra l-avvanzi tal-Imperu Ottoman, l-importanza tal-Port il-Kbir bħala ċentru ta’ trażbord ħolqot il-ħtieġa ta’ difiżi b’saħħithom, filwaqt li l-industrija tat-tbaħħir, li minnha nnifisha kienet tħalli l-qligħ, ipprovdiet aktar fondi għat-tisħiħ ta’ dawn id-difiżi. Is-swar u l-bastjuni tal-Port il-Kbir huma mibnija fuq medda ta’ 25 km, u waqt li l-viżitaturi jistgħu jeżaminaw id-dettalji arkitettorali matul il-jum, dawn l-istrutturi impressjonanti jieħdu l-ħajja bil-lejl, fejn jipprovdu dehra mill-aktar romantika lill-arkitettura sabiħa tal-Belt Valletta u tat-tlett ibliet.

 

Fl-intern tal-pajjiż, il-belt iffortifikata tal-Imdina tiddomina l-art tal-madwar. Din il-belt medjevali, li tinsab imperrċa fuq għolja u li għandha toroq mibnija f’għamla ta’ labirint u arkitettura Normanna, hija mħarsa sewwa grazzi għas-swar għoljin li nbnew madwar il-bini tal-belt. Il-kontroparti Għawdxija tal-Imdina, jiġifieri ċ-Ċittadella, għandha wkoll pożizzjoni prominenti fuq il-pajsaġġ tal-madwar. Il-belt iffortifikata tmur lura għal Żmien il-Bronż (madwar 1500 sena Qabel Kristu) u kompliet tiġi ffortifikata kontinwament sa u matul ir-renju tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Il-pajsaġġ tal-gżejjer Maltin huwa kkaratterizzat ukoll minn għadd ta’ torrijiet tal-għassa iżgħar magħrufa bħala t-Torrijiet ta’ De Redin, li ħafna minnhom huma miftuħin għall-pubbliku. Dawn it-torrijiet żgħar inbnew f’postijiet strateġiċi madwar Malta, Kemmuna u Għawdex. Is-suldati setgħu jikkomunikaw minn kull torri mat-torrijiet l-oħrajn fil-qrib, li jipprovdu sistema ta’ komunikazzjoni u twissija bikrija kontra l-kursara invażivi. Il-biċċa l-kbira tat-torrijiet huma ppriservati b'mod relattivament tajjeb bi wħud minnhom ġew irrestawrati dan l-aħħar.

Il-Victoria Lines – sistema ta' difiża ffortifikata u kumplessa mibnija mill-Ingliżi – huma fost il-ftit eżempji ta' difiża militari mhux mibnija mill-Kavallieri. L-Ingliżi bnew dawn il-linji difensivi, li jaqsmu l-gżira mit-Tramuntana san-Nofsinhar, bil-għan li jħarsu l-Port il-Kbir - benefiċċju vitali għas-superjorità navali Ingliża fil-Mediterran.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!