The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:29°C L:22°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Il-Knejjes

Knejjes f'Malta

Kwalunkwe dubju li jista' jitqajjem dwar il-prominenza tal-Knisja Kattolika fuq in-nisġa kulturali ta' din il-Gżira jitneħħa minnufih jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-pajjiż mill-għoli. Prattikament minn kull perspettiva, il-pajsaġġ ta' din il-gżira Mediterranja żgħira huwa kkaratterizzat minn għadd ġmielu ta' katidrali, knejjes u kappelli - prova ċara tal-affinità storika tal-pajjiż mal-Knisja. B'aktar minn 350 knisja madwar il-Gżejjer, dawn l-istrutturi weħidhom jipprovdu faxxinu bla tarf għal dawk li huma interessati fl-istorja, fl-arkitettura, fl-arti u fil-kultura tal-Maltin.


Dawn li ġejjin huma wħud mill-aktar knejjes famużi u prominenti fil-Gżejjer Maltin: 

Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann
Iddisinjat mill-Arkitett Malti ta' fama kbira Ġlormu Cassar, id-dehra pjuttost monotona u imponenti tal-bini minn barra taf tqarraq bid-dehra inkredibbilment rikka u lussuża tal-istess bini minn ġewwa. Il-Kon-Katidral minn ġewwa, li aktar donnu mużew milli knisja, jilqa' fih l-aktar dekor Barokk għani u xogħlijiet artistiċi imprezzabbli minn Mattia Preti u Caravaggio. Il-Katidral għadu jintuża għal ċerimonji reliġjużi u avvenimenti kulturali.

Il-Katidral ta' San Pawl fl-Imdina
Din il-knisja, li tmur lura għas-seklu 17, hija ddedikata lil San Pawl, li huwa emmnut li kien ġarrab l-għarqa fil-gżira ta' Malta u witta s-sisien għall-Kristjaneżmu hawnhekk. Il-Katidral inbena fuq is-sit ta' katidral Normann li kien inqered b'terremot li sar fl-1693. Ta' interess partikolari huma l-fdalijiet tal-katidral oriġinali, inkluża biċċa xogħol artistika kbira ħafna ta' wara l-altar minn Mattia Preti, l-art ikkulurita u ddekorata b'mod għani, kif ukoll il-fonti tal-magħmudija u s-sedja tal-kor b'tiżjin elaborat.

Ir-Rotunda ta' Santa Marija Assunta
Din il-knisja enormi, magħrufa lokalment bħala r-Rotunda tal-Mosta, inbniet mill-komunità lokali żgħira fuq medda ta' 27 sena. B'mod mill-aktar ambizzjuż, l-arkitett tal-knisja, li kien ispirat mill-Panteon Ruman, inkuruna lil din il-knisja b'dik li llum hija t-tielet l-akbar koppla fid-dinja. Din il-koppla kolossali hija mirfuda fuq 30 ħajt bi ħxuna ta' disa' metri. Din il-knisja sabiħa hija probabbilment l-aktar famuża għall-'Miraklu tal-Bomba' – avveniment li seħħ fid-9 ta' April 1942, meta l-ajruplani militari tal-Luftwaffe għamel tliet attakki diretti fuq il-koppla, bi tnejn mill-bombi qabżu barra l-koppla, filwaqt li t-tielet bomba nifdet il-koppla u baqgħet nieżla f'nofs il-kongregazzjoni mingħajr ma splodiet, tant li ħalliet il-knisja kważi intatta għal kollox. 

Knejjes oħrajn ta' importanza jinkludu l-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz fil-Birgu, li hija l-eqdem knisja f'Malta, is-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa, il-Bażilika Ta’ Pinu f'Għawdex, kif ukoll l-għadd bla qies ta' kappelli antiki iżda gustużi li huma mxerrdin fil-kampanja.

Other churches of importance include the Parish Church of St Lawrence in Vittoriosa, the oldest church in Malta, The Sanctuary of Our Lady in Mellieha, Ta’ Pinu Basilica in Gozo, as well as the countless number of quaint chapels that dot the countryside.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn