The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:30°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Arti u t-Teatru

It-Teatru Manoel

Ix-xena tal-arti hija waħda partikolarment vibranti f'Malta. Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti huwa l-organizzazzjoni prinċipali responsabbli mill-promozzjoni tal-kultura u l-arti, u din mhijiex biċċa xogħol żgħira. Il-kalendarju kulturali huwa mfawwar b'avvenimenti li jvarjaw minn kunċerti ta' mużika klassika u kontemporanja sa opri, wirjiet tal-arti viżiva u xena partikolarment attiva tat-teatru.

Dawk li għandhom it-teatru għal qalbhom żgur ser isibu xi dramm ta' kalibru għoli ħafna. Filwaqt li l-gruppi teatrali ta' Malta normalment ma jkunux professjonali (fis-sens li l-atturi ġeneralment ikollhom xogħlijiet oħrajn minbarra t-teatru), l-istandard xorta huwa wieħed għoli ħafna. Il-preżentazzjonijiet teatrali jinkludu kemm wirjiet bil-Malti miktuba lokalment, kif ukoll drammi internazzjonali fuq skala akbar. Id-drammi jittellgħu f'diversi teatri u postijiet oħrajn, iżda l-aktar sabiħ u interessanti minnhom kollha żgur li huwa t-Teatru Manoel. Dan it-teatru, li huwa meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-eqdem teatri li għadhom attivi fl-Ewropa, kien inbena mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Dan il-post eleganti u estravaganti żamm ħafna mill-karatteristiċi oriġinali tiegħu fl-istil Rokoko, li jmorru lura għall-1731.

Il-Belt Valletta, li riċentament intgħażlet bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018, bir-raġun kollu tista' tiftaħar bl-akbar konċentrazzjoni ta' espressjoni artistika, bit-teatri, il-mużewijiet u l-postijiet tagħha fejn jittellgħu l-attivitajiet. Madankollu, it-temperament artistiku vibranti tal-Maltin jista' tabilħaqq jinstab f'kull kantuniera. Anki Għawdex għandu teatru rrispettat ħafna – It-Teatru Aurora, fejn regolarment jittellgħu wirjiet teatrali, operistiċi u avvenimenti oħrajn għal folol kbar.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn