The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:31°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Mixi fil-kampanja Maltija

Countryside in MaltaIl-kampanja Maltija 

L-arċipelagu Malti mhuwiex nieqes mill-mogħdijiet fil-kampanja, li huma lesti biex jiġu esplorati. Filwaqt li mhumiex l-itwal li tista' ssib, ċertament huma ppakkjati b'karatteristiċi interessanti. Ix-xenarju spettakolari, il-fdalijiet antiki u l-irħula pittoreski b'abitanti mill-aktar dħulin huma kollha karatteristiċi li tista' ssib b'mod regolari waqt li tkun qed timxi fil-kampanja Maltija.

L-akbar wesgħat ta' art mhux mittiefsa mill-progress jinsabu fit-tramuntana tal-gżira u fil-biċċa l-kbira ta' Għawdex. Hawnhekk, dawk li jħobbu jimxu fil-kampanja jistgħu sempliċiment jagħżlu direzzjoni u jerħulha għal triqithom - mingħajr il-biża' li jintilfu, minħabba li dejjem ser ikun hemm xi razzett jew grupp ta' nies oħrajn mexjin fil-qrib. Barra minn hekk, il-kosta (li tidher prattikament minn kullimkien) hija sinjal prominenti perfett li jgħinek tagħraf fejn tkun tinsab.

L-itinerarju li ġej jista' jinqasam fuq diversi ġranet ta' esplorazzjoni trankwilla, u bl-abbundanza ta' postijiet ta' waqfien tal-karozzi tal-linja, huwa faċli li twaqqaf il-mixja twila tiegħek temporanjament u tirritorna lejn il-bażi sabiex tkompli bil-mixja tiegħek f'ġurnata oħra.

Tista' tibda l-mixja tiegħek mill-bajja ċkejkna u pittoreska tal-Mistra u tgħaddi mill-wied sal-Palazz ta' Selmun, fejn ikollok ċans tammira l-arkitettura sabiħa ta' dan il-bini hekk kif tibda toqrob lejh. Mill-palazz, imxi tul it-toroq imserrpin fil-kampanja li jinbidlu f'mogħdijiet u malajr issib ruħek fil-Bajja tal-Imġiebah – bajja mwarrba u kennija fl-irdumijiet li hemm tul il-kosta. Huwa impossibbli li din il-bajja tintlaħaq bil-mezzi tat-trasport, għalhekk, dan ċertament jagħmilha post ta' esplorazzjoni mill-aqwa għal dawk li jfittxu l-avventura permezz tal-mixi.

Mill-Imgiebah, kompli bil-mixja tiegħek madwar l-akbar bajja fit-tramuntana, jiġifieri l-Bajja tal-Mellieħa. Imxi tul it-triq prinċipali u fuq ix-xellug tiegħek tara r-riżerva naturali tal-Għadira bl-artijiet mistagħdra u bassasa (marshes) tagħha. Ibqa' tiela t-triq kollha, dur fuq il-lemin tiegħek u tista' timxi tul l-irdumijiet fl-Aħrax tal-Mellieha – riżerva naturali mħattba u msaġġra li tħares fuq il-bajja tal-Mellieħa.

Kompli miexi madwar il-promontorju, lejn il-Kappella pittoreska tal-Immakulata Kunċizzjoni, waqt li titpaxxa bi wħud mill-aktar veduti eċċitanti tal-baħar, u taqbad it-trejqa dejqa fil-kampanja li twasslek sal-Bajja tal-Armier. Minn din il-bajja ramlija popolari, tista' taffaxxina ruħek bil-panorama infinita li tinkludi l-gżejjer ta' Kemmuna u ta' Għawdex fil-bogħod. Kompli miexi tul il-kosta sakemm taqbeż it-terminal taċ-Ċirkewwa u tasal f'Paradise Bay. Din il-bajja żgħira u ramlija hija popolari immens matul ix-xhur tas-sajf, iżda l-veduti minnha huma spettakolari s-sena kollha. Issokta l-mixja tiegħek fuq il-promontorju tul il-kosta lejn in-nofsinhar. Minn hawn 'il quddiem, ser tgħaddi minn ħamsa fost l-aktar bajjiet magħrufa f'Malta, billi tibda minn Anchor Bay, segwita minn Għajn Tuffieħa u r-Riviera, imbagħad il-Ġnejna u fl-aħħarnett Fomm ir-Riħ. Dawk li jimxu dan il-vjaġġ tul din il-medda pjuttost twila ser jiġu ppremjati b'xenarju tassew uniku.








Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn