The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:29°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Santa Marija: Mhijiex sempliċiment festa fost il-festi

Santa Marija 

Mill-bidu tas-sajf, l-irħula kollha madwar il-gżejjer Maltin ikunu attivi bit-tħejjijiet tagħhom. 

L-iskejjel jagħlqu għas-sajf, jibdew in-nofs ta’ nhari fuq il-postijiet tax-xogħol u, l-aktar importanti, l-istaġun tal-festa (il-festa tar-raħal) issa jkun fl-aqwa tiegħu – u l-Maltin mhumiex it-tip li joqogħdu lura meta jiġu għaċ-ċelebrazzjonijiet!

Il-festa għandha post ċentrali ħafna fil-ħajja ta’ kull raħal f’Malta u Għawdex, billi tikkommemora jum il-festa tal-qaddis patrun ta’ dak ir-raħal. Ma jgħaddix tmiem il-ġimgħa wieħed bejn Ġunju u Settembru fejn ma jkunx hemm raħal wieħed jew aktar fi splużjoni ta’ festivitajiet li jdumu għaddejjin il-ġimgħa kollha.

Titlifx l-opportunità li tingħaqad mal-folla sabiex inti wkoll tieħu sehem fi tradizzjoni twila li ilha magħna mis-seklu 16. Il-festi Maltin huma rinomati għat-tiżjin fit-toroq, il-purċissjonijiet reliġjużi, il-marċi tal-baned u l-gabbani tal-ikel. Il-familji Maltin iżejnu djarhom bl-aħjar mod li jistgħu, filwaqt li l-knejjes jiġu mdawla bid-dwal, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. Madankollu, minkejja l-estravaganza u l-meravilja ta’ dan kollu, dan ma huwa xejn għajr tħejjija u introduzzjoni għall-gran finale meta l-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom f’wirja ta’ logħob tan-nar li żżejjed is-smewwiet bl-ilwien jgħajtu u l-irdieden vibranti tan-nar tal-art.

L-aqwa u dik ewlenija fost il-festi tas-sajf hija l-Festa tal-Assunzjoni tal-Madonna, li tiġi ċċelebrata fil-15 ta’ Awwissu, magħrufa lokalment bħala l-Festa ta’ Santa Marija. Din timmarka l-quċċata tal-istaġun tas-sajf u, minbarra li tiġi ċċelebrata f’diversi lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin, bħall-Mosta (Malta) u l-belt Victoria (Għawdex), hija wkoll btala nazzjonali importanti fil-kalendarju Malti. Filwaqt li xi wħud jiċċelebraw il-festa tradizzjonali tar-raħal tagħhom b’ammonti abbundanti ta’ ikel u mużika, oħrajn sempliċiment jieħdu vantaġġ minn din il-btala pubblika sabiex jieħdu ftit mistrieħ mix-xogħol. Fil-fatt, ħafna Maltin sikwit jieħdu ġurnata jew tnejn lif mix-xogħol u jerħulha lejn Għawdex sabiex jibbenifikaw minn tmiem il-ġimgħa itwal mis-soltu jirrilassaw fix-xemx.

Madankollu, f’nofs dan il-kaos festiv kollu li ġġib magħha l-festa ta’ Santa Marija, in-nies ta’ spiss ikollhom it-tendenza li jinsew għaliex id-data tal-15 ta’ Awwissu saret il-qofol tal-festi f’Malta. Għaliex għandha għeruq daqstant fondi fil-psike Malti bħala okkażjoni ta’ ċelebrazzjoni u għaliex hija saħansitra btala pubblika?
Il-provvisti kienu fi triqithom lejn Malta f’konvoj ta’ erbatax-il bastiment merkantili, bl-aktar wieħed importanti jkun l-Ohio, bastiment Amerikan b’ekwipaġġ Brittaniku.

Kollox huwa marbut ma’ dak li seħħ nhar il-15 ta’ Awwissu 1942. Bħala l-unika bażi ta’ kontroll tal-Gran Brittanja f’nofs il-Mediterran, Malta kienet l-uniku ostakolu li kienu qegħdin jiffaċċjaw in-Nazisti Ġermaniżi u l-Italja ta’ Mussolini fi triqithom għar-rebħa fl-Afrika ta’ Fuq. Fix-xhur li wasslu għal Awwissu 1942, Malta kienet ibbumbardjata bis-saħħa u bdiet tbati minn nuqqas kbir ta’ ikel, armamenti u provvisti oħrajn. L-istrateġija tal-potenzi tal-Assi li jġibu lil Malta għarkupptejha mingħajr provvisti sabiex b’hekk ikollha ċċedi għall-qilla tal-gwerra dehru li kienu qegħdin jaħdmu u huma kienu jafu li jekk ma kinux ser jaslu l-provvisti fil-gżira sal-aħħar ta’ Awwissu 1942, Malta tabilħaqq kien ser ikollha ċċedi.

Il-provvisti kienu fi triqithom lejn Malta f’konvoj ta’ erbatax-il bastiment merkantili, bl-aktar wieħed importanti jkun l-Ohio, bastiment Amerikan b’ekwipaġġ Brittaniku. Il-pjan kien imsejjaħ Operation Pedestal u kien fi triqtu għas-suċċess sakemm il-konvoj ġie bbumbardjat fi ftit jiem qabel kellu jasal Malta. Bit-tama tagħhom qiegħda tgħib fix-xejn, il-Maltin kellhom jistrieħu fuq il-fidi tagħhom u bl-aktar mod iddisprat talbu lil Santa Marija għal miraklu. Sal-14 ta’ Awwissu 1942 waslu tliet vapuri, iżda kien għad ma hemm ebda sinjal tal-Ohio.

Imbagħad, fl-għodwa tal-Festa ta’ Santa Marija, il-bastiment nofsu mgħerreq Ohio finalment irnexxielu jidħol fil-Port il-Kbir, fejn sab jilqgħuh folol kbar ta’ nies ixejru l-bnadar Ingliżi u Amerikani u jkantaw għalenija d-diska patrijottika Rule Britannia. Minħabba t-twemmin komuni li kien seħħ miraklu, il-konvoj baqa’ magħruf bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija u d-devozzjoni tal-Maltin lejn Santa Marija u l-festa tal-Assunzjoni tagħha kompliet issir aktar b’saħħitha.

Filwaqt li għal ħafna, il-Konvoj ta’ Santa Marija huwa biss ġrajja mill-passat glorjuż ta’ ġensna, id-data tal-15 ta’ Awwissu għadha tgħix fil-qlub Maltin u fiż-żminijiet moderni evolviet bħala okkażjoni ta’ ferħ u tgawdija mingħajr riservi u f’sensazzjoni tipikament Maltija. Għalhekk, aqbad il-kamera tar-ritratti, ingħaqad mal-folla ferriħija u gawdi inti wkoll l-esperjenza ta’ Santa Marija. Jekk toqgħod attent u tissemma’ tajjeb ’lil hinn mill-marċi tal-banda, taf tisma’ fil-bogħod il-ħoss ritmiku ta’ Rule Britannia!

 



 

 

Miktub bl-Ingliż minn Rebecca Cachia

 


Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn