The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:29°C L:24°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Malta u l-wirt Kattoliku tagħha

Kien 2,000 sena ilu li San Pawl ġarrab l-għarqa wara li l-ġifen li kien fuqu ħabat ma' sikka fil-Gżejjer Maltin, b'mod aktar speċifiku, fuq gżira żgħira li issa hija magħrufa bħala l-Gżira ta' San Pawl bejn il-bajja tal-Mistra u dik tal-Imġiebah. Huwa dan l-avveniment li jingħata mertu għall-wasla tat-twemmin Kattoliku f'Malta - reliġjon li għandha tibqa' stabbilita u b'saħħitha għall-eluf ta' snin li ġejjin.

Meta kienu maħkuma mill-Ordni reliġjuża Kristjana tal-Kavallieri ta' San Ġwann, il-Gżejjer kienu jitqiesu bħala kolonja difensiva kontra l-avvanz tal-Iżlam. Dan wassal għall-assedju mdemmi tal-1565, avveniment li stimola t-twemmin tal-Maltin fil-kattoliċiżmu sakemm il-Gżejjer kisbu l-indipendenza fl-1964.

Il-kostituzzjoni tal-1964 stabbilixxiet it-twemmin Kattoliku bħala r-reliġjon ta' Malta, u kien permezz tagħha li l-awtoritajiet tal-knisja ingħataw id-dritt u d-dover li jipprovdu t-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel, waqt li fl-istess ħin tiggarantixxi d-dritt ta' kull ċittadin li jistqarr it-twemmin tiegħu, irrispettivament mir-reliġjon li jħaddan.

Il-Kattoliċiżmu għad għandu preżenza qawwija ħafna f'Malta moderna. Il-festi tal-irħula, minkejja li jistgħu jidhru u jitqiesu minn xi wħud bħala pagani, għadhom iduru madwar il-qima lejn il-qaddis patrun tar-raħal. L-iskejjel, kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati, għadhom iwasslu t-tagħlim obbligatorju tar-reliġjon u, b'mod ġenerali, il-ġenituri għadhom jieħdu ċ-ċelebrazzjonijiet tas-sagramenti ta' wliedhom b'serjetà kbira.

Il-Knisja tipparteċipa wkoll b'mod attiv f'dibattiti soċjali u politiċi. Dan l-aħħar, Malta introduċiet il-leġiżlazzjoni tad-divorzju, li l-knisja opponiet għaliha bil-qawwa kollha. Il-veduti tal-knisja fuq id-dinjità tal-ħajja għandhom ukoll is-sehem tagħhom fil-mod ta' kif Malta tħares lejn leġiżlazzjonijiet oħrajn, inkluż fir-rigward tal-fertilizzazzjoni in vitro u l-abort – b'dan tal-aħħar huwa illegali f'Malta.

Malta Kattolika moderna nbidlet kemmxejn minn xi snin ilu meta l-Knisja kellha setgħa qawwija fil-ħajja ta' kuljum. Filwaqt li l-Maltin għadhom jitqiesu bħala poplu kattoliku ħafna b'madwar nofs il-popolazzjoni tattendi l-quddiesa ta' kull nhar ta' Ħadd b'mod regolari, il-Gżejjer qegħdin jaraw tnaqqis fl-appoġġ għall-Knisja, kif ukoll bidla bil-mod mill-valuri mmexxija mill-Knisja. 

Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn