The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:19°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Drawwiet u Tradizzjonijiet

Drawwiet u tradizzjonijiet f'Malta

Matul l-aħħar nofs seklu, din il-gżira żgħira f'nofs il-baħar Mediterran, b'rieda ħielsa wara storja twila ta' kolonizzazzjoni u dipendenza fuq il-ħakkiema barranin, għamlet progress kbir permezz tal-immodernizzar. Ħafna minn dan il-progress inkiseb b'veloċità qawwija u kien jinkludi infrastruttura avvanzata, industriji żviluppati sewwa, bħas-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija tal-informatika u oħrajn. Filwaqt li ħafna minn dan jista' jkun ta' sorpriża għal dawk li jżuru l-pajjiż għall-ewwel darba, din it-trasformazzjoni ma warrbitx l-elementi prinċipali li sawru l-identità kulturali ta' Malta - id-drawwiet u t-tradizzjonijiet tagħha.

Id-drawwiet Maltin, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma msejsa fuq il-folklor rurali u r-reliġjon, għadhom viżibbli ħafna fil-ħajja ta' kuljum, l-aktar notevoli, permezz tal-festa tar-raħal. Din iċ-ċelebrazzjoni tal-qaddis patrun tar-raħal lokali bdiet aktar minn ħames sekli ilu, matul ir-renju tal-Kavallieri ta' San Ġwann u, sal-lum, għadha ġġib magħha dissonanza kkulurita tat-tbaqbiq ferrieħi tipiku tal-Mediterran. Possibbilment l-aktar waħda popolari hija l-Festa ta' San Pietru u San Pawl, magħrufa wkoll bħala l-Imnarja. Dan l-avveniment importanti fil-kalendarju kulturali jiġi ċċelebrat fiż-żona msaġġra tal-Buskett u fih ikun hemm wirjiet ta' annimali u prodotti agrikoli, il-fenek imsajjar b'mod tradizzjonali u l-għana - tip ta' mużika tradizzjonali Maltija.

Il-ħajja tradizzjonali tibda minn kmieni f'Malta. Il-maġġoranza kbira tat-trabi jiġu mgħammda fit-twemmin Kattoliku u din iċ-ċelebrazzjoni ġeneralment tkun tinvolvi laqgħa mhux daqstant intima mal-familjari, il-ħbieb u, ovvjament, l-ikel. Ftit wara, ġeneralment meta t-tarbija tagħlaq sena, il-Maltin jipprattikaw tradizzjoni msejħa l-quċċija, fejn it-tarbija trid timxi mbe lejn ġabra ta' oġġetti, waqt li l-familjari u l-ħbieb iħeġġu lit-tarbija biex tiġbor xi ħaġa. It-tradizzjoni tgħid li l-oġġett li jintgħażel jirrappreżenta l-karriera futura tat-tifel jew tifla. L-oġġetti li jitpoġġew tipikament ikunu jinkludu kuruna tar-rużarju, li tindika vokazzjoni ekkleżjastika, bajda iebsa, li tissimbolizza l-prosperità, kif ukoll oġġetti aktar moderni, bħal calculator, li tissimbolizza karriera fil-finanzi.

Is-sagramenti reliġjużi l-oħrajn jiġu ċċelebrati bl-istess entużjażmu, inkluż dak tal-Ewwel Tqarbina, fejn it-tfal jitlibbsu lbies lelliexi u anġeliku u dejjem ikunu akkumpanjati minn persuna adulta bħala l-parrina tagħhom. Din iċ-ċelebrazzjoni tiġi segwita minn dik tas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof, li wkoll tiġi ċċelebrata fi stil simili.

F'Malta, it-tiġijiet jiġu ċċelebrati bil-kbir. Fil-fatt, dan l-aħħar, il-Gżira kompliet tespandi n-niċeċ tat-turiżmu tagħha billi qiegħda tippromwovi lilha nnifisha bħala destinazzjoni ideali għal dawk il-barranin li jixtiequ li ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ tagħhom tkun waħda memorabbli. Madankollu, it-tieġ tradizzjonali Malti għadu ħaj u b'saħħtu. Għalkemm matul is-snin saru xi modifiki, il-kunċetti prinċipali għadhom jiġu pprattikati: iċ-ċerimonji kważi dejjem isiru fi knisja, segwiti miċ-ċelebrazzjonijiet, li ġeneralment isiru fi swali tat-tiġijiet jew f'xi wieħed mill-ħafna ġonna tal-Gżejjer. L-għarajjes iqassmu ornamenti jew rigali żgħar bħala sinjal ta' ringrazzjament u bħala tifkira ta' dik l-okkażjoni speċjali lill-mistednin. Ma għandniex xi ngħidu, l-ikel għandu sehem importanti ħafna fiċ-ċelebrazzjonijiet, b'mod partikolari l-ħelu. It-tiġijiet Maltin kważi dejjem ikollhom il-perlini – tip ta' ħelu delizzjuż li oriġina minn Sqallija u li ma huwa xejn għajr lewż miksi b'taħlita ħelwa magħmula miz-zokkor.









Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn