L-Emirati Għarab Magħquda

L-Emirati Għarab Magħquda
Minkejja li sikwit jitqies bħala destinazzjoni kontradittorja, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE) huwa pajjiż kontemporanju u fl-istess ħin dinamiku u waħda mill-aktar destinazzjonijiet siguri fil-Lvant Nofsani. L-opportunitajiet hawnhekk huma infiniti.
Il-ħwienet tal-ħwejjeġ tal-aqwa disinjaturi tal-moda, il-bajjiet twal attraenti u d-DJs internazzjonali li jdoqqu fid-diskoteki sas-sigħat bikrin ta' filgħodu, flimkien mal-eżotiċiżmu tal-Lvant Nofsani, jirriżultaw f'destinazzjoni mill-aktar attraenti u fl-istess ħin intriganti.
Iż-żjara tiegħek dejjem tista' tkun aktar pjaċevoli jekk iżżur u tammira l-ħafna siti ta' patrimonju li għandu x'joffri l-Emirati Għarab Magħquda. Ix-xenarju tal-muntanja ta' Hatta, is-swieq ta' Sharjah jew ir-ramel tad-deżert ta' Abu Dhabi joffru btala eżotika. Il-bajjiet qrib Ras Al-Khaimah baqgħu mhux mittiefsa mill-progress u għalhekk jipprovdu għadis affaxxinanti fil-baħar mimli koralli tal-Golf.
L-Emirati Għarab Magħquda, li huwa destinazzjoni turistika li qiegħda tikber b'pass mgħaġġel ħafna, għandu dak kollu li persuna tfittex waqt li tkun fuq btala: ħafna xemx, baħar, ramel, xiri, kultura interessanti ħafna u ambjent li jilqgħek mill-ewwel.