Norwich

Norwich
Il-belt ta' Norwich, li hija mfawra b'aktar minn 1500 bini storiku, xena tal-arti rikka ħafna, bosta ħwienet għax-xiri u attivitajiet fil-beraħ, hija l-aktar belt medjevali kompleta fil-Gran Brittanja. Din il-belt, li toffri fużjoni ta' interess storiku flimkien ma' klassi u stil, tinsab qrib ħafna ta' Londra u dan jagħmilha destinazzjoni ideali għall-koppji jew għal dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw bil-familja.
Mill-perjodu medjevali sar-Rivoluzzjoni Industrijali, Norwich kienet it-tieni l-aktar belt importanti tal-Ingilterra. Din il-belt ħalliet warajha wirt li tista' tassew tiftaħar bih, li jinkludi l-Katidral ta' Norwich, il-Mużew tal-Kastell ta' Norwich, il-Gallerija tal-Arti, is-Sala tal-Barranin u s-Sala tad-Draguni.
Norwich hija wkoll kburija bil-bini kontemporanju tagħha, bi stil arkitettoniku mill-isbaħ, bħal The Forum u ċ-Ċentru ta' Sainsbury għall-Arti Viżwali. It-toroq ta' Norwich huma invażati bi ħwienet tax-xiri indipendenti u tal-aqwa moda, avvenimenti divertenti, parks b'siġar mimlijin weraq, ġonna, arti u kultura, kif ukoll numru kbir ta' ristoranti, kafetteriji u ħwienet tax-xorb.
Elm Hill, li hija l-aktar triq iċċangata famuża f'Norwich, tinsab fl-Inħawi tal-Katidral ta' Norwich, fejn wieħed jista' jsib ukoll djar tal-injam ippreservati sew f'Tudor. Fil-qalba tal-belt, hemm ukoll is-Suq ta' Norwich, li huwa l-akbar suq fil-beraħ fir-Renju Unit u li ilu jarma għal dawn l-aħħar 800 sena.
Norwich għandha aktar minn 30 knisja medjevali 'il ġewwa mill-ħitan tal-belt tagħha, li ħafna minnhom għadhom jintużaw bħala knejjes parrokkjali sal-lum il-ġurnata. Il-Katidral Kattoliku ta' San Ġwann, li nbena fis-seklu għoxrin u li għandu struttura mill-aktar imponenti, jinsab fil-quċċata ta' Grapes Hill.
Il-viżitaturi jistgħu jistrieħu u jirrilassaw fid-diversi parks u ġonna miżmuma fl-aqwa kundizzjoni mxerrdin madwar din il-belt. Wieħed mill-eżempji ewlenin huwa l-Ġnien tal-Pjantazzjoni Vittorjana, li jagħti dik l-atmosfera tassew kalma u trankwilla għal kull min ikun irid jaħrab mill-ġenn u l-istorbju tal-belt.
L-Ajruport Internazzjonali ta' Norwich jinsab 5km biss lejn it-Tramuntana taċ-ċentru tal-belt. L-ajruport jipprovdi faċilità ta' Park and Ride b'servizz li jopera b'mod regolari lejn u miċ-ċentru tal-belt u li jwaqqaf lill-passiġġieri ftit minuti biss 'il bogħod bil-mixi mill-ajruport.