Newcastle




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Newcastle

Newcastle

Newcastle, li tista' titqies bħala l-qalb u l-polz taċ-ċiviltà moderna, hija ġeneralment magħrufa għall-industrija tal-faħam tagħha. Fiċ-ċentru urban mill-aqwa ta' Newcastle tista' tapprezza divertiment bil-lejl attiv ħafna, ikel mill-aqwa u ħafna aktar.

Billi din il-belt tinsab ftit minuti biss bogħod mill-kosta u l-kampanja, għandek l-għażla jew li tiġi f'kuntatt man-natura u ma' meded kbar ta' żoni msaġġra u pjanti, jew inkella li tmur tixtri sakemm tixba' fl-akbar kumpless tax-xiri u d-divertiment fl-Ewropa.

It-Teatru Rjali ta' Newcastle u s-Sunderland Empire jipprovdu rappreżentazzjonijiet teatrali għall-gosti ta' kulħadd, inklużi l-produzzjonijiet u d-drama tal-West End. Dawk li jħobbu l-films għandhom fejn jixxalaw fl-ODEON Imax tal-Metrocentre, kif ukoll f'ċinemas indipendenti iżgħar li hemm imxerrdin madwar il-belt ta' Newcastle.

Iċ-Ċentru Baltiku għall-Arti Kontemporanja jiġbor fih il-passjoni ta' Newcastle għall-arti u l-kultura. Fl-irħula u l-bliet kollha tar-reġjun, tista' tara wkoll varjetà sħiħa ta' xogħlijiet artistiċi pubbliċi.

Fil-qalba taċ-Ċentru tal-Belt, Castle Keep huwa wieħed mill-eżempji li hemm fit-Tramuntana tal-belt li huwa kkaratterizzat minn arkitettura neoklassika ta' Grainger Town. Attrazzjonijiet oħrajn jinkludu t-Tynemouth Prior, bi storja ta' elfejn sena, Hadrian’s Wall, il-Great North Museum u l-Victoria Tunnel.

B'kosta mill-isbaħ, Newcastle toffrilek opportunità ideali biex tqatta' xi ġranet f'uħud mill-aqwa bajjiet tal-pajjiż. Fil-fatt, fl-2010, il-bajjiet ta' Tynemouth ingħataw l-istatus prestiġjuż tal-Blue Flag, li jiggarantixxi l-ogħla standard fejn tidħol is-sigurtà u l-indafa. 

Wieħed jista' jgawdi minn esperjenza ta' xiri eċċellenti billi jżur Eldon Square, fejn hemm wieħed mill-akbar kumplessi tax-xiri fil-belt, flimkien mal-Metrocentre, li huwa l-akbar kumpless intern tax-xiri u d-divertiment fl-Ewropa. 

Newcastle żgur li mhijiex ser tonqos milli tissorprendik. B'għadd kbir ta' postijiet fejn tiekol u tixrob, l-unika deċiżjoni li trid tieħu hija jekk tippreferix tiekol barra f'xi ristorant mill-aqwa, tpoġġi f'xi bar akkoljenti jew tmur tiddeverti f'xi diskoteka moderna.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn