Exeter

Exeter
Il-faxxinu ta' Exeter ilu rikonoxxut mit-turisti, hekk kif din il-belt tħalli impressjoni pjuttost qawwija fuq dawk li jżuruha. Exeter tista' titqies bħala belt rilassanti iżda fl-istess ħin eleganti b'ristoranti u lukandi lussużi u b'xena kulturali li tmur lura 2000 sena.
Billi fil-Medju Evu l-belt rat tkabbir ekonomiku bħala port kummerċjali, ir-rikkezzi tal-belt wasslu biex, fis-seklu ħmistax, l-abitanti tagħha jibnu katidral Gotiku. Minkejja li Exeter ġarrbet ħsarat kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija, dan il-katidral baqa' relattivament intatt u għadu jesponi l-arkitettura medjevali tiegħu b'ċertu sens ta' kburija.
It-torrijiet Normanni u s-soqfa bil-ħnejjiet tiegħu għamluh l-ogħla katridral fid-dinja. Exeter, li hija magħrufa l-aktar għall-università tagħha, toffri storja, arkitettura, kultura u rikreazzjoni, kif ukoll firxa wiesgħa ta' opportunitajiet għal dawk li jħobbu x-xiri.
It-turs bil-mixi ma' gwida huma popolari ħafna mat-turisti u jitmexxew mill-gwidi tar-Red Coat. Tur madwar in-netwerk ta' passaġġi taħt l-art ta' Exeter, li jmur lura għal żmien il-Medju Evu, jieħdok minnufih lura fiż-żmien.
Wieħed ma jistax jonqos li jżur il-bosta parks u spazji ħodor bħall-Belmont Park, in-Northernhay Gardens u r-Rougemont Gardens. Għall-familji li jivvjaġġaw bi tfal żgħar, hemm il-Crealy Great Adventure Park, li joffri roller coasters u rikbiet veloċi oħrajn li t-tfal żgur jieħdu gost bihom.
Exeter żammet ħafna mill-karatteristiċi medjevali tagħha fil-fdalijiet tal-ħitan tal-ġebel tal-belt. Ir-Royal Albert Memorial Museum and Art Gallery, li ġie rinnovat dan l-aħħar, huwa wieħed mill-attrazzjonijiet kulturali prinċipali tal-belt. Iżda dan mhuwiex kollox, hekk kif wieħed jista' jsib aktar artefatti u fdalijiet fil-kollezzjoni arkeoloġika tal-università.
Qrib Exeter, tista' ssib ħafna attrazzjonijiet differenti. Wieħed jista' jagħmel eskursjonijiet u jqatta' jiem sħaħ barra fil-madwar tad-Devonshire kollu - Dawlish Warren, Exmouth, Sidmouth u Teignmouth, li kollha jagħtu stampa mill-isbaħ tal-kampanja u l-baħar tad-Devon.
L-ajruport ta' Exeter jinsab 5 mili biss lejn il-lvant taċ-ċentru tal-belt. Il-karozzi tal-linja joperaw b'mod regolari bejn l-istazzjon tal-kowċis u l-ajruport. Barra minn hekk, joperaw ukoll ferroviji diretti lejn u mill-Istazzjon ta' St David ta' Exeter.
Exeter irnexxielha żżomm spirtu żagħżugħ grazzi għall-ammont konsiderevolment kbir ta' studenti li wasslu għall-ftuħ ta' ħafna bars, kafetteriji u klabbs, b'mod partikolari fl-inħawi fejn hemm it-tarzna.