London




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Londra

Londra

Tista' tgħid li kulħadd jixtieq li xi darba f'ħajtu jżur u jesperjenza l-belt ta' Londra, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar bliet cool fid-dinja. Filwaqt li taffaxxina lil dawk li jżuruha bl-istorja, bl-arti, bil-monarkija u bil-mużewijiet immensi tagħha, Londra għandha xi ħaġa għall-gosti ta' kulħadd. Din il-belt, li tinsab fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Thames, kienet is-suġġett ta' bosta rumanzi u fl-isfond ta' ħafna films. 

L-istorja ta' Londra tant hija vasta li tinkludi antikitajiet u grandjożità storika li jimmeraviljaw lill-vjaġġaturi. Il-London Tower, Hampton Court and Westminster Abbey huma biss ftit eżempji mill-kobor enormi tal-istorja tagħha. L-arkitettura ta' Londra tolqot l-għajn u tkompli timla l-orizzont tal-belt.

Minn dejjem preżenti fl-innovazzjoni tal-arti, Londra tfawwar b'immaġinazzjoni u attitudni li għenuha tistabbbilixxi ruħha bħala waħda mill-aktar bliet innovattivi u pijuniera fl-arti, il-mużika u d-disinn kontemporanju. Billi ospitat l-Olimpjadi tal-2012, Londra ħejjiet programm ta' avvenimenti eċċezzjonali li kkumplimenta x-xena artistika diġà eżistenti fil-belt. B'firxa straordinarja ta' galleriji tal-arti, mużewijiet, festivals, drammi, rappreżentazzjonijiet teatrali u mużika, Londra qatt ma tista' tiddiżappuntak.

Miżgħuda b'postijiet ideali għal eskursjonijiet turistiċi, Londra toffri wkoll spazji miftuħa u parks rinomati għal dawk li jridu jaħarbu ftit mill-istorbju tal-belt. Il-mużewijiet u l-galleriji tal-arti ewlenin jinsabu fil-parti ċentrali ta' Londra, iżda jekk tħoss li għandek bżonn tmur fi nħawi aktar trankwilli, nissuġġerulek iżżur Hampstead Heath jew Greenwich Park sabiex tkun tista' tgawdi n-natura fl-aqwa tagħha.

L-Air Malta topera lejn u mill-Ajruporti ta' Gatwick u ta' Heathrow f'Londra. Gatwick Express tħaddem servizz tal-ferrovija mingħajr waqfien lejn Victoria kull 15-il minuta, bi vjaġġ li jieħu 30 minuta. Min-naħa l-oħra, l-aktar konnessjoni veloċi biex tivvjaġġa bejn Heathrow u Londra hija l-Heathrow Express.

Miż-żoni mimlijin siġar ta' South Kensington sad-dwal qawwija tal-West End, Londra tikkombina l-element tradizzjonali ma' dak modern, filwaqt li ssebbaħ il-pajsaġġ b'veduti mill-aktar spettakolari.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn