Ir-Renju Unit

Ir-Renju Unit
Bi storja tant twila u mergħat sħaħ ta' ħdura, ir-Renju Unit minn dejjem żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala pajjiż demokratiku u ideoloġiku. Ir-Renju Unit, li huwa magħruf, fost l-oħrajn, għat-tè, il-fissazzjoni fuq il-logħba tal-futbol, l-imħabba għall-ambjent, iċ-ċelebritajiet u l-punk rockers, jinkludi taħlita mill-aktar eċċentrika u inkomprensibbli ta' dak kollu li jitqies bħala straordinarju.
Mit-tempji megalitiċi ta' Stonehenge sal-koppli ta' żmien l-ispazju tal-Eden Project f'Cornwall, vjaġġ lejn l-Ingilterra huwa bħal vjaġġ lura fiż-żmien, akkumpanjat b'għadd ta' kikkri tè mill-ifjen. Il-belt kapitali ikonika tar-Renju Unit, Londra, ospitat ukoll l-Olimpjadi tal-2012.
Madankollu, is-sbuħija tar-Renju Unit tinsab fil-kampanja meraviljuża tiegħu. Mur għal mixjiet fuq l-għoljiet ta' Oxfordshire, ammira l-bajjiet f'Cornwall u itla' l-għoljiet ta' Lake District; ir-Renju Unit joffrilek l-opportunità ideali għall-avventura u għal divertiment mill-aktar eċċitanti tul il-lejl.
Kemm jekk tixtieq tieħu pinta birra f'xi pub lokali, tattendi għal xi festival tal-mużika jew tara logħba futbol, dejjem ser issib x'tagħmel u l-għażliet huma infiniti. Ir-Renju Unit huwa mfawwar bix-xenarji, bil-kultura u bl-istorja, tant li żgur ser iħajrek biex terġa' lura u żżur kull rokna tiegħu.