Zurich

BOOK NOW

Zurich

 

Malta to ZurichZurich

Il-belt kontemporanja ta' Zurich mhijiex famuża biss għall-fatt li tospita r-raba' l-akbar Borża fid-dinja, li jagħmilha l-aktar distrett finanzjarju influwenti fl-Isvizzera, iżda anki minħabba li hija belt eleganti li timxi mal-moda b'reputazzjoni bħala waħda mill-akbar metropoli fl-Isvizzera.

Zurich hija magħrufa sew bħala post nadif u effiċjenti ħafna u, fid-dawl ta' dan, ikklassifikat bħala l-belt bl-aqwa livell ta' għajxien fid-dinja kollha.

Il-belt, li tinsab maġenb xmara pittoreska u lag spettakolari, tħobb tieħu l-ħajja bil-mod. Wieħed jista' jivvjaġġa f'din il-belt mingħajr ebda diffikultà u dan jagħmilha aktar faċli biex meta tmur mixja fil-belt ma tagħmilx dan bl-għaġġla u mingħajr ma tgawdi l-pajsaġġ.

Zurich tista' titqies bħala destinazzjoni prinċipali għal dawk interessati fl-arti kontemporanja u li jħobbu jixtru, hekk kif fil-Mużewijiet ta' Kunsthaus u Rietberg jintwerew fost l-aqwa xogħlijiet tal-arti, filwaqt li f'Bahnhofstrasse u Niederdorf  wieħed jista' jixtri biċċiet tal-arti.

Jeżistu diversi modi differenti li bihom it-turisti jistgħu jesploraw l-attrazzjonijiet ta' Zurich. It-turs bil-mixi madwar iż-żona tal-Belt il-Qadima (Alstadtbummel) huma l-aħjar mod biex issir taf dwar uħud mill-aqwa attrazzjonijiet turisitiċi. Fix-xhur sajfin jiġi pprovdut ukoll tour bil-mixi b'servizz ta' gwida bil-lingwa Ingliża.

L-Ajruport ta' Flughafen ta' Zurich jinsab madwar 12-il kilometru 'l barra miċ-ċentru ta' Zurich fis-subborg ta' Kloten. Il-vjaġġ mill-istazzjon tal-ferrovija tal-ajruport sal-istazzjon tal-ferrovija prinċipali (Zurich Hauptbahnhof), li jinsab fiċ-ċentru tal-belt ta' Zurich, jieħu bejn 10 u 11-il minuta.

Il-karatteristika ewlenija li tagħmel lil Zurich daqshekk unika hija l-fużjoni tad-divertiment, in-natura u l-kultura. Zurich tista' titqies bħala ġenna tal-art għal min iħobb jixtri u għal min iħobb il-kultura u l-istorja, hekk kif toffri aktar minn 50 mużew u 100 gallerija tal-arti. F'din il-belt jiġu organizzati bosta avvenimenti f'aktar minn 500 klabb u bar u aktar minn 1500 ristorant li żgur għandhom iħallu lill-viżitaturi b'xewqa kbira li jerġgħu jżuruha.

Bl-eleganza u s-sofistikazzjoni li huma mogħnija bihom iċ-ċentri finanzjarji tagħha, li huma fost l-akbar fid-dinja, Zurich hija magħrufa għall-monumenti ta' arti moderna li għandha u għall-firxa ta' attrazzjonijiet u attivitajiet eċċitanti li tista' tagħmel fiha.


 


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!