Swizerland




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Isvizzera

Malta to SwitzerlandL-Isvizzera

Tixtieq li f'ġita waħda żżur Franza, l-Italja u l-Ġermanja? Jekk iva, kulma għandek tagħmel wa li tivvjaġġa lejn l-Isvizzera. Il-bliet u l-irħula Svizzeri huma xhieda ta' kemm dan il-pajjiż kien influwenzat b'mod qawwi mill-pajjiżi msemmija. Filwaqt li toffri lil dawk li jżuruha ftit minn kollox - minn skijjar fuq l-Alpi, fost l-aqwa ċikkulata u fondue delizzjuż, l-Isvizzera toffri esperjenza unika li, fost l-oħrajn, tinkludi l-faċiltà li tivvjaġġa madwar il-pajjiż mingħajr ebda diffikultà. 

Magħrufa bħala ġenna tal-art għall-isports tax-xitwa, l-Isvizzera tqanqal ukoll emozzjonijiet romantiċi grazzi għall-ktajjen ta' muntanji tagħha (bl-Alpi jilħqu għoli ta' aktar minn 4000 metru). Bliet bħal Ġinevra, Zurich, Basel u Lausanne huma mogħnija bl-arti u b'xena ta' divertiment bil-lejl mill-aqwa li tikkompeti lil dawk fi kwalunkwe belt Ewropea oħra.

L-Isvizzera hija destinazzjoni mill-aktar eċċitanti u meraviljuża, grazzi għall-minjiera ta' romantiċiżmu u varjetà kulturali li toffri. Il-pajjiż iħaddem erba' lingwi differenti, li huma l-Ġermaniż Svizzeru, it-Taljan, il-Franċiż u r-Romansch, karatteristika unika li twassal għal fużjoni gastronomika.

Villaġġi attraenti bħal Lucerne, Grimentz, Scuol u Zuoz jagħtuk l-opportunità li titpaxxa bil-ġmiel tal-funtani Svizzeri, il-katidrali sbieħ, it-teżori artistiċi u d-djar tal-injam tipiċi tal-Isvizzera.

Irrispettivament minn dak li tkun qed tfittex meta żżur l-Isvizzera, serraħ rasek li l-inbejjed u ċ-ċikkulata tal-aqwa kwalità li joffri dan il-pajjiż sejrin ikunu raġuni valida biżżejjed biex terġa' żżurha għal darb'oħra. 



Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn