Sweden




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Isvezja


Malta to SwedenL-Isvezja

Ix-xemx li tidher bil-lejl, il-borra fix-xitwa, il-Vikingi, il-karozzi Volvo u gruppi mużikali rinomati bħall-Hives u l-Abba huma biss ftit mir-raġunijiet għaliex għandek iżżur l-Isvezja tal-lum. Dan il-pajjiż, li jospita firxa vasta ta' pajsaġġi sbieħ – minn foresti mimlijin weraq u ħdura sa muntanji, għoljiet u bajjiet maestużi, joffri xi ħaġa għall-gosti ta' kulħadd.

L-Isvezja, li hija l-akbar minn fost il-pajjiżi Skandinavi, tħaddan il-patrimonju tagħha, li huwa komuni għal dak ta' pajjiżi oħrajn bħad-Danimarka, in-Norveġja u l-Finlandja, madankollu, hija xorta tibqa' distinta minnhom grazzi għat-tradizzjonijiet uniċi li għandha.

Matul is-sekli, il-belt kapitali tagħha Stokkolma dejjem affaxxinat lil dawk kollha li għoġobhom iżuruha. Bl-14-il gżira u l-karatteristiċi medjevali spettakolari li hemm fi Stokkolma, l-Isvezja għandha ħafna x'toffri lill-vjaġġaturi li għandhom għal qalbhom il-kultura, l-arti u l-istorja. 

Il-faxxinu tal-Isvezja jinsab fix-xenarju drammatiku tagħha. Minħabba li l-parti l-kbira tal-pajjiż hija magħmula minn foresti u għandha eluf ta' lagi, il-pajsaġġ tal-Isvezja huwa ppakkjat bil-ġmiel u s-serenità.

Il-fruntiera man-Norveġja hija kkaratterizzata mill-katina meraviljuża tal-muntanji Skanderna, filwaqt li aktar 'il fuq ser ikollok l-opportunità li tammira t-Tundra tal-Artiku u tilmaħ l-Awrora Polari.

Ammira wħud mill-aktar xenarji pittoreski tal-Isvezja. Il-kaskati u l-qatgħat tas-siġar ikomplu jagħmlu l-vjaġġ tiegħek wieħed maġiku.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn