St Petersburg




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

San Pietruburgu

Malta to St PetersburgSan Pietruburgu

Matul is-sekli, din il-belt Ewropea moderna u vibranti evolviet minn komunità sempliċi f'art mistagħdra għal belt li llum il-ġurnata tħaddan kultura mill-aqwa. Il-belt ta' San Pietruburgu toffrilek l-ingredjenti kollha meħtieġa biex il-vjaġġ tiegħek ikun wieħed memorabbli. Din il-belt, li toffri arkitettura, arti, divertiment eċċitanti bil-lejl, storja inkredibbli u minjiera ta' tradizzjonijiet, ilha għexieren ta' snin tħajjar u tattira turisti li jkunu qegħdin ifittxu xi ħaġa differenti.

Il-belt ta' San Pietruburgu għandha bosta postijiet ta' interess u jekk tassew trid tapprezza din il-belt fl-aqwa tagħha ma tistax ma żżurhiex fl-istaġun maġiku tax-xitwa, meta jkollok iċ-ċans li tara veduti li jħalluk bla nifs minn wieħed mill-pontijiet barokki tagħha. Għaldaqstant, ma għandha tkun ta' ebda sorpriża li din il-belt ġiet iddikjarata bħala sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO.

Meta Pietru l-Kbir waqqaf din il-belt fuq art mistagħdra, kien jaf sewwa mill-bidunett li din il-belt kienet ser tikber biex issir waħda mill-akbar bliet tar-Russja. Fil-fatt, hija serviet bħala l-kapitali Imperjali mill-1712 sal-1730.

Kuntrarju għall-brikks l-aħmar ta' Moska, San Pietruburgu tospita netwerk ta' kanali u arkitettura barokka u neoklassika li jagħtuha identità Ewropea hekk kif ħafna mill-arkitettura tagħha nbniet mit-Taljani. Barra minn hekk, ir-residenti lokali għandhom it-tendenza li jqisu lilhom infushom bħala Ewropew b'kultura tagħhom u b'sett ta' tradizzjonijiet li huma kompletament differenti minn dawk tal-bliet ġirien tagħhom li jinsabu fil-Lvant.

Il-belt ta' San Pietruburgu kellha rwol strumentali bl-ideat tagħha li wasslu għar-Rivoluzzjoni tar-Russja, li wara ġiet segwita minn 70 sena ta' ħakma komunista. Madankollu, matul is-snin, din l-istess belt inkoraġġiet it-tiswir u t-tisħiħ tad-demokrazija, billi tat bidu għal bidla soċjali u ħalliet marka fl-istorja tal-pajjiż li ma hija ser titħassar qatt.

L-artkitettura ta' Rastrelli u l-opri ta' Tchaikovsky mhumiex l-unika raġuni għaliex wieħed għandu jivvjaġġa lejn San Pietruburgu. Fit-toroq ta' dik li kienet il-belt kapitali tar-Russja, tista' ssib ukoll baned, klabbs u galleriji tal-arti meraviljużi li javviċinaw din il-belt lejn ir-realtà tas-seklu 21.

L-Ajruport ta' Pulkovo jinsab madwar 15-il kilometru 'l bogħod miċ-ċentru ta' San Pietruburgu. Wieħed jista' jidħol fil-belt permezz tal-metro, bis-city bus jew bis-servizz tax-shuttle bus.

B'siġar mimlijin fjuri, jiem sajfin twal u ljieli xitwin misterjużi, din il-belt toffrilek esperjenza unika u affaxxinanti bil-kultura rikka tagħha.





Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn