Ir-Russja

Ir-Russja
Ir-Russja, li hija magħrufa għan-numru kbir ta' pajsaġġi differenti li għandha - minn tundra tas-silġ sa bajjiet xemxin u sħan, toffri lill-vjaġġaturi esperti l-aqwa li l-pajjiż għandu x'joffri. Ir-Russja hija mimlija b'foresti, lagi misterjużi, muntanji miksija bis-silġ u mergħat. Ma' dawn wieħed jista' jżid il-palazzi impressjonanti, il-knejjes imponenti u l-villaġġi antiki mibnija bl-injam li joffru esperjenza tassew sabiħa u unika.
Wara li ħarġet mill-era tal-Komuniżmu, illum il-ġurnata, ir-Russja tħaddan diversità fil-kultura u t-tradizzjonijiet tagħha, filwaqt li dejjem tkun imfawra bl-attività. Il-katidrali antiki, is-swieq imżejna bi lwien jgħajtu u l-arti qed jerġgħu jieħdu l-ħajja u jiksbu l-pożizzjoni kulturali tagħhom fis-soċjetà.
Minbarra l-postijiet li huma famużi ma' kulħadd f'Moska, f'San Pietruburgu u l-Lag ta' Baikal, meta wieħed jivvjaġġa lejn ir-Russja jista' jara ħafna aktar minn hekk. Id-distanzi ġeografiċi kbar tar-Russja wasslu għall-ħolqien ta' differenzi kulturali bejn post u ieħor. Wieħed għandu jħares lejn ir-Russja bħala pajjiż magħmul minn ħafna pajjiżi żgħar li kull wieħed minnhom għandu l-kultura u t-tradizzjonijiet tiegħu u li jeħtieġ li jiġu esplorati fil-fond.
Jekk tħobb l-ispazji kbar fil-beraħ, lesti ruħek biex titpaxxa bl-ispazji vasti tas-Siberja u l-Lvant Imbiegħed. Is-Siberja, li hija magħrufa sew għar-resorts tal-iskijjar tagħha li jħalluk bla nifs u x-xmajjar rinomati għall-isport taċ-ċattri, toffri esperjenza tassew eċċitanti.
Meta żżur il-pajjiż grandjuż tar-Russja, ħejji ruħek għal vjaġġ affaxxinanti li żgur ma tinsa qatt.