Romania




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ir-Rumanija


Malta to RomaniaIr-Rumanija

Ir-Rumanija, wieħed mill-aktar Stati Membri ġodda tal-UE, hija pajjiż li jieħdok lura għal żmien aktar sempliċi. Kważi kullimkien ser tara karozzini miġbuda miż-żwiemel jaqsmu t-toroq, muntanji impressjonanti, munzelli kbar tal-ħuxlief u merħliet tan-nagħaġ.

Ħafna viżitaturi jaffaxxinaw ruħhom fuq ir-Rumanija minħabba l-ħrejjef dwar Dracula, li tant iqajmu biża' u kurżità, iżda minbarra l-kastelli ta' Transylvania u l-irħula Sassoni medjevali, hemm ħafna aktar x'tista' tgawdi waqt li tkun fir-Rumanija.

Il-belt kapitali Bukarest hija mżejna b'monumenti kommunisti kbar ġewwa l-ħitan maestużi tal-katidrali. Il-mixi fil-kampanja, l-iskijjar u ċ-ċikliżmu huma kollha attivitajiet komuni għal dawk li lesti jissograw ifittxu l-avventura fuq l-Alpi ta' Transylvania, li huma mifruxin fiċ-ċentru tar-Rumanija.

Ir-Rumanija, li hija pajjiż ta' estremi – sħun matul is-sajf u kiesaħ ħafna matul ix-xitwa, għandu ħafna aktar x'joffri minbarra l-belt kapitali. Postijiet bħal Brasov, Poiana Brasov u Sibiu joffru ħafna ġranet ta' pjaċir 'il bogħod mid-distrazzjonijiet ta' bliet akbar.

Fi triqtek lejn il-Muntanji Bucegi, ivvjaġġa madwar il-widien bix-xmajjar ta' Piatra Craiului sabiex tesperjenza l-immensità tar-reġjun. Il-Muntanji Bucegi joffru firxa diversa ta' pajsaġġi li jvarjaw minn foresti b'siġar tal-arżnu u tal-fagu sa meded ta' art mistagħdra u rdumijiet tal-ġebel tal-ġir.

B'xelta tant kbira minn fejn tagħżel, ivvjaġġa lejn ir-Rumanija għal avventura b'differenza.



Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn