Poland




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Il-Polonja


Malta to PolandIl-Polonja

Il-faxxinu tal-Polonja jinsab fil-postijiet medjevali prominenti tagħha, bħal Krakovja, Gdansk u Varsavja; iżda 'l bogħod mill-ibliet, l-interess u l-attrazzjoni jkomplu jitqanqlu mill-imsaġar, il-lagi u x-xmajjar densi tagħha.

B'aktar minn elf sena ta' storja kumplessa, f'dan il-pajjiż insibu bosta monumenti u mużewijiet li huma ddedikati għall-battalji tagħha, filwaqt li l-ġrieħi tal-gwerer għadhom jistgħu jidhru u jinħassu kullimkien sal-lum il-ġurnata. Minbarra l-monumenti pessimisti u solenni li jikkommemoraw l-avveniment qerriedi tal-Olokawstu, matul is-snin ġew irrestawrati bosta sinagogi.

'Il bogħod mill-ibliet, il-biċċa l-kbira tal-Polonja baqgħet mhux mimsusa. Partijiet kbar tal-pajjiż huma watja, filwaqt li l-maġġoranza tal-fruntiera tan-nofsinhar tinsab fil-baxx b'veduti ta' muntanji attraenti u impressjonanti. Wieħed jista' jsib ħafna mogħdijiet għall-mixi fil-kampanja, li jeħduk fuq vjaġġ qabel meded ta' foresti, xmajjar wesgħin u muntanji.

Il-grigal tal-pajjiż huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu kkaratterizzat minn lagi u passaġġi tal-ilma li jattiraw bosta dilettanti tal-isport tat-tiġrijiet tal-kajjikki u l-kenuri. B'mod alternattiv, jekk tippreferi l-kosta, żur il-bajjiet ramlin u pittoreski li hemm fil-baħar Baltiku.

Esperjenza l-kultura Pollakka u lesti ruħek għal vjaġġ mill-aktar memorabbli lejn il-Polonja.





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn