Amsterdam

Amsterdam
Amsterdam, li hija l-akbar belt u l-kapitali tal-Olanda, hija famuża għall-kanali estiżi, il-mużewijiet prominenti u s-siti storiċi tagħha, iżda hija meqjusa wkoll bħala waħda mill-aktar bliet romantiċi fl-Ewropa.
Filwaqt li toffri l-vantaġġi ta' kull belt kbira, li jinkludu l-kultura, id-divertiment bil-lejl, ir-ristoranti internazzjonali u sistema tat-trasport effiċjenti ħafna, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira tal-bliet l-oħra, Amsterdam hija pjuttost kwieta grazzi għall-kanali estensivi tagħha u l-ftit traffiku li jkun hemm fit-toroq.
L-Air Malta topera titjiriet lejn l-ajruport ċentrali ta' Schiphol, li huwa moqdi mill-ferrovija, il-karozzi tal-linja u l-kowċis organizzati mil-lukandi. Dan jagħmilha faċli sabiex tivvjaġġa lejn u mill-ajruport. L-aqwa mod biex tasal fiċ-ċentru tal-belt huwa permezz tal-ferrovija, li tieħu bejn 15 sa 20 minuta mill-istazzjon tal-ferrovija tal-ajruport.
Trid esperjenza lokali tassew awtentika? Allura ikri dgħajsa dar (boathouse) u tpaxxa bil-kanali u l-pontijiet. Wieħed ma għandux jonqos milli jżur id-dar ta' Anne Frank; minkejja li jkun hemm ħafna nies jistennew fil-kju, żgur mhux ser jiddispjaċik li tkun qgħadt tistenna magħhom. Il-mużew ta' Rijksmuseum jospita iktar minn 400 kapolavur ta' artisti ċelebri bħal Rembrandt, Jan Steen, Frans Hals, Vermeer u Van Gogh. Hawnhekk, issib ukoll l-uniku suq tal-fjuri fuq wiċċ-l-ilma f'wieħed mill-kanali ta' Amsterdam.
Dawk li jħobbu l-mużika żgur ser ikollhom biex jitpaxxew f'Amsterdam. B'taħlita ta' ġeneri mużikali li jistgħu jiġu ammirati madwar il-belt kollha, wieħed dejjem ikun jista' jgawdi xi spettaklu minn xi artist famuż ħafna li jkun fuq tur fil-belt jew saħansitra xi lejla ta' jazz tradizzjonali. L-ispettakli teatrali huma wkoll attività popolari ħafna f'Amsterdam, filwaqt li l-kleinkunst (spettaklu cabaret li jinkludi rakkonti ta' stejjer, teatru, kummiedji u mużika) huwa disponibbli b'mod wiesa' għal dawk li jħobbu l-komiċità.
Kuntrarju għall-biċċa l-kbira tal-bliet Ewropej, Amsterdam mhijiex definita minn palazzi maestużi iżda aktar mill-arkitettura domestika tagħha. Il-gost ta' din il-belt jinsab fil-fruntuni kkumplikati tagħha u l-ġebel tal-fruntuni li jirrappreżentaw il-kummerċ tas-sid preċedenti u l-abitazzjonijiet tul il-160 kanal magħmula mill-bniedem.
Gawdi din l-esperjenza b'mod sħiħ. Irkeb il-mutur tiegħek u esplora Amsterdam!