L-Olanda

L-Olanda
L-Olanda, li hija fost il-ftit pajjiżi li l-livell tal-art tagħha jinsab taħt il-livell tal-baħar u b'wiċċ wati ħafna, toffri varjetà sħiħa ta' xenarji. B'tant u tant roti, dgħajjes, għasafar, imtieħen, fjuri, kafetteriji u pontijiet li għandu, dan il-pajjiż joffri festa ta' lwien permezz ta' xenarji li jħalluk bla nifs u li huma kompletament tipiċi ta' dan il-pajjiż.
Tħobb il-kultura u l-kafetteriji pittoreski ħdejn il-kanali? Allura l-belt Olandiża ta' Amsterdam żgur ser timmeraviljak bis-sbuħija tagħha. Din tinsab biss ftit minuti 'l bogħod bil-ferrovija minn bliet oħrajn bħal Haarlem u Rotterdam.
L-arkitettura u l-attrazzjonijiet kulturali tal-pajjiż huma msebbħa b'żoni msaġġra, polders u digi, imtieħen b'ċertu faxxinu u djar antiki. Is-sbuħija rurali u tradizzjonali tal-pajjiż toħloq dinja tal-ilma b'kanali, lagi u kosta mill-isbaħ. Hawnhekk, qatt ma inti ser tkun bogħod wisq minn xi veduta impressjonanti.
Il-Hoge Veluwe National Park jagħti wkoll l-opportunità liċ-ċiklisti u lil min ikun miexi biex jammiraw il-pitturi u l-iskulturi moderni li jinsabu kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-Kroller-Muller Museum.
Imfawra b'mużewijiet u pitturi mill-Era tad-Deheb u b'parata ta' festivals li jservu ta' vetrina għall-artisti li jagħtu spettaklu, l-Olanda toffrilek divertiment eċċitanti li jħallik imqajjem il-lejl kollu fil-bliet ta' Amsterdam u Rotterdam.