Istanbul

Istanbul
Il-belt ta' Istanbul, li tinsab fil-fruntiera bejn il-Lvant u l-Punent, hija mogħnija b'koppli u minareti grandjużi. Istanbul, li hija waħda mill-bliet favoriti ta' Ian Fleming, l-awtur tas-serje tal-films ta' James Bond, affaxxinat lil dawk li jħobbu l-films minn din is-serje meta kienet l-isfond għal films bħal From Russia With Love u The World is Not Enough.
Filwaqt li tlaqqa' flimkien elementi miċ-ċiviltà Biżantina, Rumana, Ottomana u Torka, matul is-sekli, Istanbul ittrasformat ruħha biex saret belt b'importanza kulturali. Din il-belt, li hija l-akbar waħda fit-Turkija, hija mfawra bl-enerġija u bl-arti, filwaqt li hija moderna u fl-istess ħin eleganti.
Wieħed mill-għeġubijiet teżori ta' Istanbul huwa l-Hagia Sophia. Dan il-bini, li serva bħala mużew għal aktar minn 77 sena, kien ċentru reliġjuż għal aktar minn 1400 sena.
Flimkien ma' firxa dejjem tikber ta' ristoranti, bars, galleriji tal-arti u klabbs, it-toroq ta' Istanbul huma mżejna wkoll b'moskej Ottomani imponenti. L-ammont kbir ta' bini storiku prominenti u galleriji tal-arti jagħtu l-opportunità lil dawk li jżuru din il-belt li jiskopru l-istorja estensiva tagħha. Madankollu, matul il-lejl, Istanbul tittrasforma ruħha f'mekka tad-divertiment mimlija ħajja. Il-bars, il-klabbs u r-ristoranti jkunu mimlijin bl-attività u d-divertiment hekk kif it-turisti jmorru bi ħġarhom sabiex jesperjenzaw id-divertiment bil-lejl fl-aqwa tiegħu.
Il-Bażaar Grandjuż ta' Istanbul jinsab bejn 12 u 15-il minuta mixi bogħod jew bi vjaġġ qasir bit-tramm minn Sultanahment, fejn jinsabu l-lukandi lussużi kollha. Nissuġġerulek li ma żżurx Istanbul għal ftit jiem biss, għaliex żgur ma tkunx tista' tinkludi kollox fl-iskeda tiegħek u allura tispiċċa titlef ħafna minn dak li għandha x'toffri din il-belt. F'Istanbul hemm ħafna x'tagħmel u x'tara u trid tħalli biżżejjed ħin għax-xiri u l-eskursjonijiet.
Huwa faċli ħafna biex tivvjaġġa lejn iċ-ċentru tal-belt mill-Ajruport ta' Ataturk. Il-karozzi tal-linja, il-metros żgħar u t-taxis kollha joperaw mill-ajruport saċ-ċentru ta' Istanbul.
Waqt li tkun f'Istanbul, irrilassa ftit f'waħda mill-ħafna kafetteriji tal-belt sabiex tieħu tè, kafè, sigarru jew nargile (pipa bl-ilma), kollha tipiċi tat-Turkija. Ipprova l-ikel aromatiku tat-Turkija jew duq sandwiċċ tradizzjonali magħmul mill-ħut ħdejn il-Qarn tad-Deheb u malajr tirrealizza għaliex din hija waħda mill-aktar bliet favoriti fid-dinja.