Tripoli

BOOK NOW

Tripli

Malta to TripoliTripli

Bl-istorja Rumana u l-arkitettura kolonjali tagħha, il-kapitali Libjana ta' Tripli hija ġawhra li għadha qiegħda tistenna li tiġi skoperta. Minn mindu n-Nazzjonijiet Uniti neħħew is-sanzjonijiet kontra l-Libja fl-2004, Tripli saret dejjem aktar popolari mat-turisti u llum il-ġurnata tista' ssib għadd ġmielu ta' faċilitajiet li jagħtu togħma orjentali lill-vjaġġ tiegħek.

Il-Mużew ta' Jamahiriya jinkludi kollezzjoni mill-aqwa ta' mużajki Rumani, filwaqt li l-medina distintiva tal-belt, l-isqaqien li joħolqu atmosfera unika u l-monumenti Ottomani jagħtu karattru partikolari lil din il-belt antika. 

L-eleganza taż-żona taċ-ċentru tal-belt mibnija mit-Taljani hija waħda mill-aktar żoni lussużi fi Tripli. Il-biċċa l-kbira tar-residenti tal-belt jaħdmu hawnhekk, filwaqt li t-toroq huma mimlijin ħwienet u ristoranti li jagħtu ħajja liċ-ċentru tal-belt.

L-Assaraya al-Hamra (il-Kastell l-Aħmar) għandu kumpless ta' diversi btieħi li jagħtu dehra mill-aktar spettakolari lill-orizzont tal-belt, filwaqt li madwar il-kastell wieħed jista' jsib bosta statwi u funtani li jmorru lura għall-perjodu Ottoman.

Hemm tliet bibien li jagħtu għall-belt il-qadima, jiġifieri Bab Zanata fil-Punent, Bab Hawara fil-Lbiċ u Bab Al-Bahr fit-Tramuntana, li għadhom weqfin sal-lum u li wieħed jista' jitla' fuqhom biex jitpaxxa bil-veduti tal-belt.

Il-moskej ta' Gurgi u Karamanli, bid-dekorazzjonijiet elaborati u kumplessi tagħhom, huma fost il-ftit eżempji ta' arti prosperuża li joffru l-artiġjani lokali.

Wieħed jista' jsib bajjiet mill-isbaħ f'distanza qasira bil-karozza, filwaqt li l-Belt il-Qadima u l-Mużew joffru opportunità eċċellenti għall-esplorazzjoni. Il-belt tieħu l-ħajja meta tinżel ix-xemx hekk il-familji jmorru għal mixja ħdejn xatt il-baħar jew fil-Pjazza tal-Martri.

Ġeneralment, wieħed jista' jivvjaġġa mill-Ajruport Internazzjonali ta' Tripli saċ-ċentru tal-belt billi jaqbad taxi. L-operaturi tat-turs joffrulek il-possibbiltà li tirkeb karozza tal-linja mill-ajruport sal-lukandi li jinsabu fiċ-ċentru tal-belt.

Tripli toffri ċertu faxxinu Mediterranju li huwa mħallat sew ma' element Għarbi u Islamiku. Lesti ruħek għal vjaġġ b'differenza.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!