Turin minn Ruma

Turin
Filwaqt li Turin hija inqas famuża minn bliet oħrajn bħal Ruma jew Milan, xorta waħda hija destinazzjoni interessanti, hekk kif tipprovdi lil dawk li jżuruha b'ħafna arti, kultura, ikel tajjeb u rilassament.
Bħal fil-kumplament tal-Italja, f'Turin, il-futbol huwa segwit ukoll b'mod ferm akkanit. Din il-belt għandha żewġ timijiet tal-futbol:
Juventus FC u
Torino FC. In-nies tal-lokal jappoġġjaw lil dawn it-timijiet b'entużjażmu liema bħalu, u jekk tkun Turin meta l-Juve jkunu ser jilagħbu kontra wieħed mit-timijiet rivali tagħhom, ma għandekx tonqos milli tixtri biljett u tissieħeb fis-sapport kontra t-timijiet ta' Milan.
Din il-belt, li kienet tospita l-familja rjali tal-Italja, jiġifieri l-Familja tas-Savoia, hija mogħnija b'arkitettura Barokka u wirt artistiku li jagħmluha l-għira tal-Ewropa kollha. Piazza Castello hija ċ-ċentru ta' Turin u tilqa' d-Dar Irjali tas-Savoia Palazzo Reale, Palazzo Madama - palazz affaxxinanti b'taħlita ta' arkitettura medjevali u Barokka, it-Teatro Regio li nbena mill-ġdid u l-Biblioteca Reale, fejn il-viżitaturi jistgħu jammiraw l-awtoritratt famuż ta' Leonardo Da Vinci.
Id-Duomo di San Giovanni huwa famuż, fost raġunijiet oħrajn, għal-Liżar ta' Turin, li jġorr miegħu kontroversja sħiħa u li jinżamm f'kamra taħt l-art tal-knisja. Dan il-liżar jiġi espost biss permezz ta' digriet Papali. Għaldaqstant, trid tiċċekkja s-sit biex tara meta huwa skedat li jiġi espost.
Wieħed mill-mużewijiet popolari ma' dawk interessati fl-istorja aktar riċenti huwa
l-
Museo Nazionale del Cinema.
Ivvjaġġa lejn Turin għal tur affaxxinanti dwar l-istorja ta' din il-forma ta' arti, li jibda billi jindirizza l-oriġini tagħha, meta kienu jintużaw il-lanterni biex jiġu pproġettati l-immaġini mhux maħduma, għal artefatti aktar moderni bħall-armar, oġġetti promozzjonali, kostumi u aktar.