Milan




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Milan

 

Malta to MilanMilan

Milan hija belt vibranti u moderna, kif ukoll mekka għal dawk kollha li jħobbu l-moda u x-xiri. Din il-belt hija wkoll xempju ta' kultura u sofistikazzjoni u metropoli enerġetika għal dawk li għandhom l-isports għal qalbhom. Filwaqt li Milan għandha inqas antikitajiet minn Ruma (għal darb'oħra, huma ftit dawk il-bliet li jistgħu jitqabblu ma' Ruma f'dan ir-rigward), hija tpatti għal dan bl-atmosfera eċċitanti tagħha, hekk kif żgur tistimula lil dawk kollha li jżuruha.

Għall-fanatiċi tal-futbol, il-belt ta' Milan tospita tnejn mill-aqwa timijiet Taljani: AC Milan u FC Internazionale. Meta dawn ir-rivali eterni jiltaqgħu kontra xulxin f'xi partita tal-kampjonat, l-atmosfera elettrifikanti li jkun hemm fil-grawnd maestuż ta' San Siro tagħtik esperjenza memorabbli u żgur ma jiddispjaċikx għall-biljett li tħallas biex tidħol issegwi l-partita.

Ix-xena tal-moda f'Milan hija waħda leġġendarja. B'mod konvenjenti, l-aqwa ħwienet ta' Milan jinsabu fl-hekk imsejjaħ Kwadranglu tal-Moda (quadrilatero della moda), li huwa mdawwar minn Piazza Duomo, Piazza Cavour u Piazza San Babila. Dawk li jħobbu l-moda ser iħossuhom fis-seba' sema, hekk kif f'kull kantuniera ser jiltaqgħu mal-aqwa ismijiet li jeżistu fid-dinja tal-moda. Għal dawk li joħolmu dwar l-aqwa moda iżda għandhom baġit limitat, il-belt toffri numru ta' ħwienet li joffru bejgħ b'roħs, ħwienet li jbiegħu kampjuni u ħwejjeġ li ntlibsu diġà, kif ukoll sales fejn wieħed ikun jista' jagħmel akkwist tajjeb.

Filwaqt li Milan tista' tidher li hija mibnija fuq id-dinja superfiċjali tal-moda, il-kredenzjali kulturali tal-belt huma b'saħħithom ħafna. Hawnhekk tista' ssib id-Duomo di Milano, katidral Gotiku tassew impressjonanti, li huwa l-ħames l-akbar fid-dinja. Minkejja l-opinjonijiet differenti dwar l-istili u l-estetika mħallta tiegħu, il-kritiċi tad-Duomo kollha jaqblu dwar il-fatt li l-iskala tant kbira tiegħu hija tabilħaqq impressjonanti.

Ir-refettorju tal-Kunvent ta' Santa Maria della Grazie jospita l-pittura famuża tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinċi. Fit-teatru famuż tal-opra La Scala, li jinsab f'din il-belt kbira, jittellgħu xogħlijiet artistiċi famużi u l-ewwel serati ta' rappreżentazzjonijiet internazzjonali.

L-esportazzjonijiet kulinarji ta' Milan huma famużi mad-dinja kollha. Żur Milan biex tapprezza d-dinja tal-moda u l-ikel tagħha, li ċertament ma tantx jawgura tajjeb għal min irid iżomm id-dieta. L-osso buco (xikel tal-vitella msajjar bil-mod) u r-Risotto alla Milanese huma żewġ eżempji ta' platti delizzjużi li taf toffri l-belt ta' Milan. Jekk trid tgħix tassew l-esperjenza Milaniża, nissuġġerulek tirrilassa billi tieħu aperitivo ta' nbid spumanti jew xarba mħallta mal-Campari qabel terħilha għal ikla tajba.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn