banner1




Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Katanja


Malta to CataniaKatanja
Din il-belt, li hija l-Belt Kapitali tal-Provinċja ta' Katanja, hija waħda mill-aktar pittoreski li tinsab ħdejn il-baħar, b'toroq wesgħin b'fillieri ta' siġar fuq iż-żewġ naħat tagħhom, bi swieq dejjem beżlin, bi storja u kultura tassew interessanti, filwaqt li tilqa' viżitaturi matul is-sena kollha grazzi għall-klima Mediterranja sħuna tagħha. Katanja probabbilment hija inqas famuża mill-bliet ġirien tagħha li jinsabu fit-Tramuntana ta' Sqallija, iżda għal dak il-vjaġġatur li jkun qed ifittex esperjenza tipikament Taljana, din il-belt ma tistax titħalla barra mill-itinerarju tiegħu.

Meta wieħed jivvjaġġa lejn Katanja, l-ewwel ma għandu jżur hija Piazza del Duomo - pjazza kbira u miftuħa li hija mdawra b'bini Barokk. Iċ-ċentru tal-belt kellu jerġa' jinbena mill-ġdid wara eruzzjoni volkanika qerrieda fl-1669, li wasslet biex dan ikun Sit ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO mfassal b'mod perfett u li joffri trankwillità. Fiċ-ċentru tal-pjazza wieħed jista' jsib il-Fontana dell'Elefante - monument li jikkonsisti minn iljunfant (is-simbolu tal-belt) magħmul mill-ġebla tal-lava u obelisk Eġizzjan.

Eżatt taħt Piazza del Duomo jarma wieħed mill-aktar swieq tal-ħut attivi fi Sqallija kollha. Dan is-suq mimli ħajja u espansiv ikun miżgħud b'sajjieda u bejjiegħa tal-ħut li jippruvaw ibiegħu l-qabdiet prezzjużi tagħhom lill-pubbliku entużjast. Wieħed jista' jsib ukoll suq tal-ikel b'ammonti kbar ta' ħaxix, laħam u ħelu frisk, li huwa famuż madwar l-Italja u d-dinja kollha.

Ftit 'il fuq minn Katanja nsibu Taormina, belt medjevali pittoreska b'veduti mill-isbaħ. Taormina toffri għażla impressjonanti ta' ristoranti u ħwienet li jbiegħu l-ġelati. Il-belt tieħu l-ħajja bil-lejl, bil-faċċati tal-bini mixgħulin u l-ħwienet tipiċi tagħha, li ħafna minnhom jibqgħu miftuħin sa tard filgħaxija.

Il-Vulkan imponenti tal-Muntanja Etna - vulkan attiv li jiddomina l-orizzont Sqalli - jistħoqqlu eskursjoni ta' ġurnata. Dawk li jżuru dan il-post bil-karozza jistgħu jsuqu tul il-muntanja u jispiċċaw l-eskursjoni tagħhom bil-mixi. Madankollu, wieħed jista' jakkwista esperjenza aktar sodisfaċenti jekk jitla' din il-muntanja fil-preżenza ta' gwida, possibbilment espert tal-vulkani.

Katanja hija famuża wkoll għall-ikel tagħha. Il-qrubija tal-belt mal-baħar u l-ħamrija vulkanika rikka tagħha, jikkontribwixxu għal kċina li hija magħrufa sewwa mal-pajjiż kollu. Jekk trid idduq ikel tipiku Sqalli, nissuġġerulek iżżur il-belt ta' Katanja u tipprova xi pastini delizzjużi minn dik li hija magħrufa man-nies tal-lokal bħala tavola calda f'wieħed mid-diversi bars u kafetteriji, jew inkella tmur f'xi trattoria sabiex idduq firxa wiesgħa ta' platti li jissajru dak il-ħin stess bl-aktar ingredjenti friski li toffri din il-gżira.





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn