Cagliari




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Cagliari


Malta to CagliariCagliari

Matul il-parti l-kbira tal-istorja ta' din il-belt, l-abitanti ta' Cagliari kellhom joqogħdu b'seba' għajnejn mill-barrani, minħabba l-iżolament u l-vulnerabbiltà kbira tal-belt tagħhom. Fl-imgħoddi, ir-residenti ta' Cagliari ħafna drabi kellhom jaħarbu bi ħġarhom lejn il-muntanji biex jevitaw l-invażjonijiet. Madankollu, illum il-ġurnata, l-istorja hija pjuttost differenti.

L-ekonomija ta' din il-belt kostali ddur madwar l-influss regolari ta' viżitaturi, filwaqt li l-industrija tat-turiżmu f'Cagliari hija aktar milli kapaċi li tagħti lill-viżitaturi valur eċċellenti għall-flus u esperjenza unika u memorabbli.

Poetto hija l-bajja prinċipali ta' Cagliari, li testendi għal aktar minn 8 km minn Sella del Diavolo (li tfisser 'is-Sarġ tax-Xitan') sal-kosta ta' Quartu Sant'Elena. Din il-bajja toffri lill-għawwiema għażla kbira ta' rkejjen fejn jgħumu, bħal bank ta' ramel minn ġenb għall-ieħor li jkun vojt u mhux sorveljat bil-kumditajiet u l-faċilitajiet kollha moderni. It-temp ta' Cagliari huwa perfett biex wieħed joqgħod jirrilassa u jixxemmex ħdejn il-baħar.

Madankollu, il-kosta hija ideali wkoll għall-isports tal-baħar u l-faċilitajiet ma jonqsux. L-attivitajiet jinkludu jet skis, parakiting, wakeboarding, windsurfing u ħafna aktar.

Cagliari hija perfetta għall-eskursjonijiet turistiċi - il-parti l-antika tal-belt ma toffrix biss veduti spettakolari, iżda wkoll arkitettura, li minnha nnifisha tinkwadra xena perfetta b'bini antik magħmul mill-ġebla tal-franka li tiġġieled kontra l-elementi tat-temp.

Cagliari, li hija meqjusa bħala l-aktar belt ekoloġika Taljana, għandha arja tassew nadifa, grazzi għall-qrubija tagħha mal-baħar, kif ukoll numru kbir ta' żoni miftuħa, parks u foresti fl-inħawi. Dawk li jivvjaġġaw lejn Cagliari qatt ma huma ser ikunu bogħod minn xi park jew żona msaġġra simili, fejn ikunu jistgħu jirrilassaw u jistrieħu. Dawk li huma aktar avventurużi għandhom iċ-ċans li jagħmlu mixjiet mal-kosta jew tul il-mogħdijiet fuq il-muntanji. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-itinerarji huma qosra, hemm mixjiet li huma aktar impenjattivi, iżda li fl-istess ħin joffru sodisfazzjon kbir.

Bħal bliet Taljani oħrajn, Cagliari hija ġustament kburija bl-ikel tagħha. Kif wieħed jistenna, il-ħut igawdi post prominenti fuq il-menu ta' din il-belt, tant li r-residenti tagħha jgawdu platti spettakolari tal-ħut, inkluża r-riċetta popolari magħrufa bħala 'burrida', li tikkonsisti fi stuffat delizzjuż tal-ħut.




Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn