L-Italja

L-Italja
Meta wieħed jibda jaħseb biex iżur l-Italja mill-ewwel jibda jġib quddiem għajnejh l-ikel delizzjuż ta' dan il-pajjiż. Iżda l-Italja mhijiex famuża biss għall-ikel tajjeb tagħha. Dan il-pajjiż joffri pajsaġġ varjat b'vulkani, muntanji miksija bis-silġ, lagi straordinarji, foresti, bajjiet bir-ramel u mergħat alpini. L-Italja għandha wirt artistiku u arkitettoniku li huwa famuż sew madwar id-dinja kollha.
Il-ħwejjeġ tad-disinjaturi Taljani jintlibsu mill-aktar nies interessati fil-moda minn madwar id-dinja kollha; il-karozzi veloċi u l-muturi famużi tagħha huma mfaħħra għall-kapaċità speċjali tagħhom fl-inġinerija u d-disinn, filwaqt li t-tim nazzjonali Taljan tal-futbol, magħruf aħjar bħala l-Azzurri, huwa wieħed mill-aqwa timijiet tal-futbol fid-dinja, b'sostenn qawwi mill-partitarji ferventi tagħhom.
L-Italja hija dejjem ħajja u attiva ħafna, fejn tista' ssib folol bieżla, ipaċpċu u jiġġestikolaw fis-swieq, iżda fl-istess ħin tista' toffrilek dak il-mument rilassanti fuq ix-xatt tal-Lago di Garda b'tazza nbid mill-ifjen tar-reġjun.
Il-Taljani huma nies kburin u li jħobbu l-kumpanija, għaldaqstant, żgur sejrin jiġbduk bl-attitudni u l-passjoni tagħhom. Żur l-Italja għal esperjenza maġika.