Budapest

Budapest
Il-belt kapitali tal-Ungerija, Budapest, tinsab fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Danubju u hija mifruxa fuq erja ta' 525km, li tagħmilha waħda mill-akbar bliet fl-Ewropa.
Din il-belt romantika hija mimlija b'attrazzjonijiet li jvarjaw minn parks miftuħin, għal knejjes u mużewijiet meraviljużi, għall-parlament tal-belt, fejn jinżammu l-ġojjelli tal-kuruna. Il-belt għandha wkoll għażla kbira ta' spas, grazzi għall-fawwariet termali abbundanti.
Fil-Pjazza tal-Eroj issib wieħed mill-iżjed għeliem faċilment rikonoxxibbli ta' Budapest, il-Monument tal-Millennju, li jinkludi statwi tal-fundaturi tal-Ungerija. Fuq ix-xellug tal-pjazza hemm il-Mużew tal-Arti, filwaqt li fuq il-lemin hemm il-Palazz tal-Arti.
Tal-ewwel jinkludi firxa wiesgħa ta' arti Ewropea b'aktar minn 100,000 biċċa xogħol artistika, filwaqt li f'tal-aħħar isiru esebizzjonijiet regolari ta' artisti Ungeriżi u internazzjonali.
Il-Bażilika ta' San Stiefnu hija wkoll post prominenti li ma għandux jonqos fi kwalunkwe itinerarju. Din hija l-akbar knisja ta' Budapest u tinkludi koppla b'għoli ta' 96 metru. Fil-knisja wieħed isib l-iżjed relikwa sagra (u makabra) tal-Ungerija, jiġifieri l-id il-leminija ta' San Stiefnu, fost xogħlijiet artistiċi imprezzabbli oħrajn.
F'din il-belt Ewropea nobbli ssib bosta kafetteriji u ħafna aktar. Il-belt tħaddan kafetteriji antiki li huma miżmumin tajjeb, imfawrin b'karattru uniku u perfetti għal kafè rilassanti wara ġurnata mixi.
Għal ftit aktar eċċitament, il-ħajja notturna ta' Budapest ma tistrieħ qatt. Il-klabbs taż-żfin, il-barijiet tal-jazz u l-postijiet fejn jittellgħu l-kunċerti jintużaw 7 ijiem fil-ġimgħa u ħafna drabi jibqgħu miftuħin sas-sigħat bikrin ta' filgħodu.