Munich




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Munich


Malta to MunichMunich

Munich mhijiex biss l-Oktoberfest u l-festivals l-oħrajn tal-birra. Munich, li hija t-tielet l-akbar belt fil-Ġermanja, hija kkunsidrata b'mod ġenerali mill-biċċa l-kbira tal-Ġermaniżi bħala l-belt Ġermaniża ideali biex tgħix fiha, billi tgawdi stil ta' ħajja rilassanti, mużewijiet ta' klassi mondjali, swali tal-birra u xena mużikali u artistika li pproduċiet artisti famużi bħal Richard Strauss u Werner Herzog.

Minbarra attrazzjonijiet turistiċi inkredibbli, Munich tospita wkoll ditti kummerċjali famużi bħal Siemens, Audi u BMW. Bosta viżitaturi jagħżlu turs f'dawn il-fabbriki innovattivi, iżda żomm f'moħħok li minn hawn mintix ser toħroġ b'xi kampjun b'xejn!

L-arkitettura ta' klassi mondjali ta' Munich hija xi ħaġa li ma għandekx titlef. Hija tgħaqqad l-antik u l-ġdid mingħajr problemi, filwaqt li tista' tiftaħar b'mijiet ta' binjiet affaxxinanti u b'sinjifikat arkitettoniku. It-toroq grandjużi u l-pjazez wesgħin miftuħa huma wkoll attrazzjoni prinċipali. Dawn jgħaqqdu ċ-ċentru tal-belt mas-subborgi.

Jekk tgħejja żżur dawk il-postijiet kollha ta' interess, ieqaf irrilassa ftit fl-Englischer Garten – wieħed mill-akbar ġonna urbani fid-dinja. Apparti mill-ġmiel naturali u dak magħmul mill-bniedem, li jinkludi kaskati, ġonna tat-tè u monumenti, hemm saħansitra pixxina bil-mewġ fejn is-serfers jippruvaw iżommu fuq il-mewġa għall-itwal ħin possibbli.

Fl-aħħarnett, Munich hija l-belt tal-Oktoberfest, b'konċentrazzjoni enormi ta' swali tal-birra li jservu ammonti abbundanti ta' birra Ġermaniża tajba u porzjonijiet kbar ta' zalzett. Matul dan il-perjodu, il-belt tieħu l-ħajja b'viżitaturi minn madwar id-dinja kollha jipparteċipaw fid-diversi dixxiplini tax-xorb, l-ikel u ż-żfin tal-Kawbojs u l-Indjani.


Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn