Frankfurt

BOOK NOW

Frankfurt


Malta to FrankfurtFrankfurt

Frankfurt hija belt attiva għall-aħħar. Din il-belt, li hija l-ħames l-akbar belt fil-Ġermanja, hija ċentru għall-kummerċ u l-finanzi, billi topita l-Borża ta' Frankfurt, il-Bank Ċentrali Ġermaniż u Ewropew, u bosta banek kummerċjali kbar. Hija wkoll ċentru bieżel ħafna tat-trasport, b'diversi konnessjonijiet bl-ajru u bil-ferrovija.

Iżda minkejja l-bini ferm għoli tagħha, l-uffiċjali eżekuttivi għolja u l-BMWs għaddejjin fuq l-Autobahn, Frankfurt hija meqjusa minn bosta bħala waħda mill-aqwa bliet fid-dinja biex tgħix fiha.

L-arkitettura antika meraviljuża tagħha toħloq ambjent tal-ħrejjef u l-kafeteriji mimlijin bin-nies rilassati jeħduk mili 'l bogħod mill-pressjonijiet qawwija tal-lat aktar ambizzjuż ta' Frankfurt.

Il-belt għandha wkoll meded enormi ta' spazji ħodor protetti, li joffru lir-residenti u lill-viżitaturi ċ-ċans li jirrilassaw u jistrieħu.

Il-Katidral ta' San Bartilmew huwa għeliem li malajr timmarkah fl-orizzont ta' Frankfurt. Dan il-katidral Gotiku jmur lura għas-seklu 14 u llum huwa l-knisja ewlenija ta' Frankfurt. Minbarra li jammiraw l-istorja u l-ġmiel ta' din l-istruttura, il-viżitaturi jistgħu jitilgħu fuq pjattaforma fil-għoli, minn fejn ikunu jistgħu jgawdu veduta panoramika tal-belt. 

Römerberg hija pjazza pittoreska li tinkludi l-muniċipju, li fil-fatt huwa kumpless ta' disat idjar, li jmur lura għal 600 sena ilu. Għalkemm dan l-aħħar saret xi rikostruzzjoni, il-kumpless għadu jinkludi elementi meraviljużi tal-arkitettura, fosthom stemmi eraldiċi antiki, soqfa bil-ħnejjiet u l-Kaisersaal, jew is-Sala tal-Imperaturi, fejn l-Imperaturi li kienu jkunu għadhom kif ġew inkurunati kienu jorganizzaw ikliet ġenerużi.

Għal dawk li jfittxu l-ħwienet u x-xiri, Frankfurt għandha ħafna x'toffrilhom. Iż-żona magħrufa bħala Zeil tinkludi distrett pedonali enormi għax-xiri fejn wieħed isib mijiet ta' ħwienet tad-ditta. Fil-perjodu li jwassal għall-istaġun tal-vaganzi, iż-żona ta' Zeil tinkludi wkoll Suq tradizzjonali tal-Milied, b'xeni tan-natività, gabbani bi prodotti għall-bejgħ u ħafna nbid sħun, magħruf aħjar bħala mulled wine. Ovvjament, jekk l-istabbilimenti kbar tal-belt mhumiex esklussivi biżżejjed għalik, dejjem hemm il-Goethestraße, id-distrett esklussiv ta' Frankfurt għax-xiri tal-alta moda.

Il-kredenzjali kulturali ta' Frankfurt huma għoljin ħafna wkoll u qegħdin ikomplu jiksbu aktar importanza. Il-belt tista' tiftaħar b'aktar minn 30 mużew, li l-maġġoranza tagħhom jinsabu tul medda msejħa Museumsufer (Xatt ix-Xmara tal-Mużewijiet). Frankfurt toffri wkoll opra, teatru u kalendarju kulturali ppakkjat li jinkludi wħud mill-akbar festivals kulturali fil-Ġermanja.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!