Berlin




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Berlin


Malta to BerlinBerlin

Berlin, bħal ħafna bliet oħrajn b'komunità kbira ta' immigranti, hija belt vibranti mimlija ħajja. In-nies ta' Berlin huma taħlita ta' nazzjonalitajiet minn iżjed minn 150 pajjiż, u din it-taħlita ta' influwenzi tagħmel il-belt miftuħa għal ideat ġodda għall-awtoespressjoni.

Kif jidher mill-bini modern ta' din il-belt, in-nies ta' Berlin ma jibżgħux minn dak kollu li huwa ġdid. Filwaqt li l-bieb ta' Brandenburg jattira folol kbar ta' turisti, bini bħall-Mużew Lhudi miksi biż-żingu jissimbolizza ż-żgħożija ta' belt li dejjem tħares 'il quddiem.

Uħud mill-ifjen mużewijiet ta' Berlin jinsabu fuq il-Gżira tal-Mużewijiet jew il-Museumsinsel – gżira fix-Xmara Spree li fuqha tospita 5 mużewijiet. L-Altes jew il-Mużew l-Antik, mibni fl-istil Neoklassiku, jilqa' fih il-kollezzjoni ta' antikitajiet klassiċi tal-belt. 

In-Neues jew il-Mużew il-Ġdid, li ġarrab ħsarat matul il-gwerra, dan l-aħħar ġie rranġat mill-ġdid u reġa' nfetaħ, fejn hemm esebiti kollezzjonijiet Eġizzjani u tal-Istorja Bikrija, fosthom il-famuż Bust ta' Nefertiti. L-Alte Nationalgalerie jew il-Gallerija Nazzjonali l-Antika tiġbor fiha xogħlijiet mill-perjodu Neoklassiku, Romantiku, Impressjonista u Modernista. 

Il-Mużew Bode – mużew ieħor li ġie rinnovat dan l-aħħar – jospita firxa impressjonanti ta' skulturi. Fl-aħħarnett, il-Mużew ta' Pergamon – l-aktar mużew li jżuruh nies fil-Ġermanja, jospita binjiet monumentali impressjonanti, fid-daqs oriġinali, li ġew ittrasportati mill-postijiet tagħhom, bħall-Bieb tas-Suq ta' Miletus u l-Altar ta' Pergamon.

Id-divertiment ta' bil-lejl u x-xena tal-festivals f'Berlin huma famużi madwar id-dinja kollha. Mijiet ta' persuni jqattgħu l-lejl jiżfnu fid-diversi klabbs u diskoteki tal-belt. Berlin tissodisfa l-gosti kollha u għandha xi ħaġa għal kulħadd, iżda l-akbar esportazzjoni tagħha - il-mużika Techno – hija disponibbli b'mod estensiv.

Filwaqt li l-ikel Ġermaniż qatt ma gawda xi fama internazzjonali, Berlin hija storja differenti. Minħabba t-tiswira multikulturali tagħha, dawk li jħobbu l-ikel tajjeb ser ikollhom xalata sħiħa f'din il-metropoli. Minn ikel Vjetnamiż għal dak Tork, il-kċina globali tinsab kullimkien u bi prezzijiet raġonevoli.




Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn