Germany




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ġermanja


Malta to GermanyIl-Ġermanja

Il-Ġermanja għandha reputazzjoni għall-effiċjenza u l-preċiżjoni, li mhux bilfors huma l-aħjar karatteristiċi f'destinazzjoni turistika. Madankollu, agħti ċans lil dan il-pajjiż affaxxinanti u tkun impressjonat serjament bil-ħila tiegħu li jibbilanċja dan il-lat ma' wħud mill-isbaħ u l-aktar bliet divertenti fl-Ewropa.

Kemm jekk inhu l-Oktoberfest, li jara miljuni ta' turisti li jżuru l-pajjiż bi ħġarhom għall-birra u z-zalzett, jew id-divertiment ta' bil-lejl li ma huwa inferjuri għal imkien, il-Ġermanja toffri eċċitament għal kulħadd. Iżda dak li jiddistingwi din id-destinazzjoni minn oħrajn huwa l-volum kbir ta' bini storiku meraviljuż u miżmum fl-aqwa kundizzjoni.

Il-knejjes, il-bini tal-gvern u l-monumenti huma kollha miżmuma b'mod impekkabbli, anki fi bliet bħal Dresden, li kważi nqerdu għal kollox matul il-bombardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija. 

Dawk li jridu jaħarbu mill-ġenn u l-ħajja mgħaġġla tal-bliet urbani, fil-Ġermanja ser ikollhom biex jitpaxxew, hekk kif dan il-pajjiż huwa mogħni b'ħafna natura u kampanja, billi joffri ammont kbir ta' parks u ġonna pubbliċi fejn wieħed jista' jqatta' nofs ta' nhar rilassanti għall-kwiet.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn