Larnaca




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Larnaka

Larnaka

Din il-belt qrib il-kosta x'aktarx li hija l-ewwel post f'Ċipru fejn bdew jgħixu n-nies, b'evidenza ta' abitazzjoni li tmur lura għal aktar minn 6000 sena. Il-kredenzjali tagħha bħala destinazzjoni turisitika popolari ġejjin mit-toroq wesgħin mal-baħar fejn wieħed jista' jippassiġġa, b'siġar tal-palm imħawlin waħda wara l-oħra, il-ħwienet li joffru xiri mill-aqwa u l-varjetà sħiħa ta' ristoranti li jservu l-ħut u l-frott tal-baħar.

Larnaka, bħal ħafna bliet u rħula oħrajn fil-Mediterran, irnexxielha żżomm it-tradizzjonijiet tagħha anki fid-dawl taż-żieda fit-turiżmu u l-kummerċjalizzazzjoni. Dawk li jżuru din il-belt għadhom jistgħu jiltaqgħu ma' artiġjani li jaħdmu ċ-ċeramika, dawk li jaħdmu x-xemgħa, kif ukoll żona fejn jarma suq antik minn fejn wieħed jista' jixtri oġġetti mill-isbaħ magħmulin bl-idejn mingħajr ma jonfoq ħafna flus.

Il-Knisja ta' San Lazzru ta' Larnaca hija knisja Ortodossa Griega tad-disa' seklu li jingħad li nbniet fuq is-sit tal-qabar ta' Lazzru - il-persunaġġ bibbliku li Ġesù kien qajjem mill-mewt. Filwaqt li jeżisti dibattitu dwar jekk is-sit tal-qabar jinsabx verament hawnhekk jew fin-Nofsinhar ta' Franza, ma għandekx tonqos milli żżur din il-knisja, jekk xejn biex tara t-tinqix kumpless fuq l-injam tal-iconostasis.

Il-kċina tal-belt hija bbażata primarjament fuq il-frott tal-baħar maqbud lokalment. Mingħajr ebda dubju, ir-ristoranti li jinsabu max-xatt jispeċjalizzaw fil-frott tal-baħar mixwi u ppreparat b'mod sempliċi skont it-tradizzjoni Ċiprijotta.

Madankollu, grazzi għall-influwenza barranija fuq il-belt, dawk li jkunu jridu jippranzaw jistgħu jagħżlu kważi minn kull tip ta' ikel, inkluż li jieklu f'sensiela ta' ristoranti internazzjonali.

Għal dawk li jħobbu jiddevertu, vjaġġ lejn Larnaka joffri għażla kbira ta' klabbs u diskoteki minn fejn jagħżlu. Hawnhekk tista' tiżfen mal-mużika tad-DJs lokali u dawk internazzjonali, jew inkella tirrilassa u tixrob xi xarba friska f'wieħed mid-diversi ħwienet tax-xorb u pubs maġenb il-baħar.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn