United Arab Emirates




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Emirati Għarab Magħquda

Malta to United Arab EmiratesL-Emirati Għarab Magħquda

Minkejja li sikwit jitqies bħala destinazzjoni kontradittorja, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE) huwa pajjiż kontemporanju u fl-istess ħin dinamiku u waħda mill-aktar destinazzjonijiet siguri fil-Lvant Nofsani. L-opportunitajiet hawnhekk huma infiniti.

Il-ħwienet tal-ħwejjeġ tal-aqwa disinjaturi tal-moda, il-bajjiet twal attraenti u d-DJs internazzjonali li jdoqqu fid-diskoteki sas-sigħat bikrin ta' filgħodu, flimkien mal-eżotiċiżmu tal-Lvant Nofsani, jirriżultaw f'destinazzjoni mill-aktar attraenti u fl-istess ħin intriganti.

Iż-żjara tiegħek dejjem tista' tkun aktar pjaċevoli jekk iżżur u tammira l-ħafna siti ta' patrimonju li għandu x'joffri l-Emirati Għarab Magħquda. Ix-xenarju tal-muntanja ta' Hatta, is-swieq ta' Sharjah jew ir-ramel tad-deżert ta' Abu Dhabi joffru btala eżotika. Il-bajjiet qrib Ras Al-Khaimah baqgħu mhux mittiefsa mill-progress u għalhekk jipprovdu għadis affaxxinanti fil-baħar mimli koralli tal-Golf.

L-Emirati Għarab Magħquda, li huwa destinazzjoni turistika li qiegħda tikber b'pass mgħaġġel ħafna, għandu dak kollu li persuna tfittex waqt li tkun fuq btala: ħafna xemx, baħar, ramel, xiri, kultura interessanti ħafna u ambjent li jilqgħek mill-ewwel.

Facebook feed loading...
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn