United Kingdom

BOOK NOW

Ir-Renju Unit

Malta to UKIr-Renju Unit

Bi storja tant twila u mergħat sħaħ ta' ħdura, ir-Renju Unit minn dejjem żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala pajjiż demokratiku u ideoloġiku. Ir-Renju Unit, li huwa magħruf, fost l-oħrajn, għat-tè, il-fissazzjoni fuq il-logħba tal-futbol, l-imħabba għall-ambjent, iċ-ċelebritajiet u l-punk rockers, jinkludi taħlita mill-aktar eċċentrika u inkomprensibbli ta' dak kollu li jitqies bħala straordinarju.

Mit-tempji megalitiċi ta' Stonehenge sal-koppli ta' żmien l-ispazju tal-Eden Project f'Cornwall, vjaġġ lejn l-Ingilterra huwa bħal vjaġġ lura fiż-żmien, akkumpanjat b'għadd ta' kikkri tè mill-ifjen. Il-belt kapitali ikonika tar-Renju Unit, Londra, ospitat ukoll l-Olimpjadi tal-2012. 

Madankollu, is-sbuħija tar-Renju Unit tinsab fil-kampanja meraviljuża tiegħu. Mur għal mixjiet fuq l-għoljiet ta' Oxfordshire, ammira l-bajjiet f'Cornwall u itla' l-għoljiet ta' Lake District; ir-Renju Unit joffrilek l-opportunità ideali għall-avventura u għal divertiment mill-aktar eċċitanti tul il-lejl.

Kemm jekk tixtieq tieħu pinta birra f'xi pub lokali, tattendi għal xi festival tal-mużika jew tara logħba futbol, dejjem ser issib x'tagħmel u l-għażliet huma infiniti. Ir-Renju Unit huwa mfawwar bix-xenarji, bil-kultura u bl-istorja, tant li żgur ser iħajrek biex terġa' lura u żżur kull rokna tiegħu.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!