Russia

BOOK NOW

Ir-Russja

Malta to RussiaIr-Russja

Ir-Russja, li hija magħrufa għan-numru kbir ta' pajsaġġi differenti li għandha - minn tundra tas-silġ sa bajjiet xemxin u sħan, toffri lill-vjaġġaturi esperti l-aqwa li l-pajjiż għandu x'joffri. Ir-Russja hija mimlija b'foresti, lagi misterjużi, muntanji miksija bis-silġ u mergħat. Ma' dawn wieħed jista' jżid il-palazzi impressjonanti, il-knejjes imponenti u l-villaġġi antiki mibnija bl-injam li joffru esperjenza tassew sabiħa u unika.

Wara li ħarġet mill-era tal-Komuniżmu, illum il-ġurnata, ir-Russja tħaddan diversità fil-kultura u t-tradizzjonijiet tagħha, filwaqt li dejjem tkun imfawra bl-attività. Il-katidrali antiki, is-swieq imżejna bi lwien jgħajtu u l-arti qed jerġgħu jieħdu l-ħajja u jiksbu l-pożizzjoni kulturali tagħhom fis-soċjetà.

Minbarra l-postijiet li huma famużi ma' kulħadd f'Moska, f'San Pietruburgu u l-Lag ta' Baikal, meta wieħed jivvjaġġa lejn ir-Russja jista' jara ħafna aktar minn hekk. Id-distanzi ġeografiċi kbar tar-Russja wasslu għall-ħolqien ta' differenzi kulturali bejn post u ieħor. Wieħed għandu jħares lejn ir-Russja bħala pajjiż magħmul minn ħafna pajjiżi żgħar li kull wieħed minnhom għandu l-kultura u t-tradizzjonijiet tiegħu u li jeħtieġ li jiġu esplorati fil-fond.

Jekk tħobb l-ispazji kbar fil-beraħ, lesti ruħek biex titpaxxa bl-ispazji vasti tas-Siberja u l-Lvant Imbiegħed. Is-Siberja, li hija magħrufa sew għar-resorts tal-iskijjar tagħha li jħalluk bla nifs u x-xmajjar rinomati għall-isport taċ-ċattri, toffri esperjenza tassew eċċitanti.

Meta żżur il-pajjiż grandjuż tar-Russja, ħejji ruħek għal vjaġġ affaxxinanti li żgur ma tinsa qatt. 


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!