In-Norveġja

In-Norveġja
In-Norveġja, li hija famuża għall-fjords tagħha, fosthom il-Geirangerfjord u n-Nærøyfjord, hija definita mill-kosta spettakolari tagħha, il-muntanji u n-natura mhux mittiefsa mill-progress mifruxa madwar il-pajjiż. L-attrazzjoni prinċipali tan-Norveġja tinsab fil-pajsaġġi varjati tagħha, li huma mifruxin tul iċ-Ċirklu Artiku.
In-Norveġja, li hija wieħed mit-tliet pajjiżi Skandinavi, tara nies li jżuruha kull sena għall-kosta, il-muntanji, il-lagi, il-foresti u r-resorts tal-iskijjar tagħha. Il-bliet ta' Oslo, Bergen, Stavanger u Trondheim huma biss ftit eżempji ta' xi bliet li huma magħrufin ħafna mat-turisti.
In-Norveġiżi huma rinomati għall-imħabba li għandhom għan-natura, għalhekk, mod ta' kif tiddeverti u tirrilassa huwa li taħrab ħarba sal-mergħat kbar tal-ħaxix. Dan il-pajjiż li tiela' direttament mill-baħar għandu pajsaġġ ifformat mill-Era Glaċjali, għoljiet, widien, muntanji u kaskati.
Bil-ġmiel tal-fjords li hemm fil-punent u r-reġjun muntanjuż li jkomplu jżidu max-xenarju meraviljuż, mhijiex sorpriża li l-aqwa u l-akbar kaskati tad-dinja jinsabu fin-Norveġja.