Netherlands

BOOK NOW

L-Olanda

 

Malta to NetherlandsL-Olanda

L-Olanda, li hija fost il-ftit pajjiżi li l-livell tal-art tagħha jinsab taħt il-livell tal-baħar u b'wiċċ wati ħafna, toffri varjetà sħiħa ta' xenarji. B'tant u tant roti, dgħajjes, għasafar, imtieħen, fjuri, kafetteriji u pontijiet li għandu, dan il-pajjiż joffri festa ta' lwien permezz ta' xenarji li jħalluk bla nifs u li huma kompletament tipiċi ta' dan il-pajjiż.

Tħobb il-kultura u l-kafetteriji pittoreski ħdejn il-kanali? Allura l-belt Olandiża ta' Amsterdam żgur ser timmeraviljak bis-sbuħija tagħha. Din tinsab biss ftit minuti 'l bogħod bil-ferrovija minn bliet oħrajn bħal Haarlem u Rotterdam.

L-arkitettura u l-attrazzjonijiet kulturali tal-pajjiż huma msebbħa b'żoni msaġġra, polders u digi, imtieħen b'ċertu faxxinu u djar antiki. Is-sbuħija rurali u tradizzjonali tal-pajjiż toħloq dinja tal-ilma b'kanali, lagi u kosta mill-isbaħ. Hawnhekk, qatt ma inti ser tkun bogħod wisq minn xi veduta impressjonanti.

Il-Hoge Veluwe National Park jagħti wkoll l-opportunità liċ-ċiklisti u lil min ikun miexi biex jammiraw il-pitturi u l-iskulturi moderni li jinsabu kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-Kroller-Muller Museum.

Imfawra b'mużewijiet u pitturi mill-Era tad-Deheb u b'parata ta' festivals li jservu ta' vetrina għall-artisti li jagħtu spettaklu, l-Olanda toffrilek divertiment eċċitanti li jħallik imqajjem il-lejl kollu fil-bliet ta' Amsterdam u Rotterdam.


 







Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!