It-Turkija

It-Turkija
It-Turkija hija pajjiż li ma jmut qatt, imfawwar b'siti storiċi u ikel delizzjuż, fejn tista' tara bajjiet b'ramel abjad u muntanji maestużi li joffru xenarji straordinarji.
Ladarba tasal it-Turkija, tħossok qisek qomt minn raqda twila, hekk kif dlonk tkun tista' tammira d-diversi lwien u veduti li jħalluk bla nifs. Personalitajiet storiċi u sultani Ottomani kienu jitgħaxxqu fil-Palazz ta' Topkapi f'Istanbul imdawrin bil-membri tal-ħarem, ewnuki u rikkezzi oħrajn.
Waħda mill-aktar sorpriżi affaxxinanti għal dawk li jkunu qegħdin iżuru t-Turkija għall-ewwel darba huma l-pajsaġġi spettakolari li tista' ssib bejn il-bajjiet fil-baħar Eġew u l-muntanji tal-lvant. Irkeb cruise fuq il-Bosphorus f'Istanbul, żur is-swieq u d-diskoteki u gawdi mir-romantiċiżmu u d-divertiment li jaf joffri dan il-pajjiż.
Ipprova sports bħall-irkib taż-żwiemel jew l-isport tal-baħar f'żoni turistiċi bħal Cappadocia u l-kosti tal-lbiċ. F'żoni inqas iffrekwentati bħal dawk li hemm fil-Lvant, l-orizzont huwa mogħni bil-pjanuri tal-Meżopotamja antika u b'meded ta' muntanji.
Matul is-sekli, it-Turkija attirat bosta turisti lejn ix-xtut tagħha. Ivvjaġġa lejn it-Turkija u tpaxxa bil-ġmiel naturali tagħha.