Libya

BOOK NOW

Il-Libja

 

Malta to LibyaIl-Libja

Bi storja rikka grazzi għall-pożizzjoni tagħha bejn żewġ kontinenti u l-ħakma ta' imperi differenti, il-Libja tħaddan l-akbar preżenza fil-Mediterran ta' bliet Rumani u Griegi fl-istess reġjun - Sabratha, Cyrene u Leptis Mana - fejn wieħed jista' jsib ukoll xi fdalijiet Biżantini. B'numru kbir ta' monumenti u storja tassew rikka, Tripli tieħdok lura fi żminijiet antiki.

Id-deżert tas-Saħara jkopri aktar minn 90% tal-pajjiż. Filwaqt li joffru veduti inkredibbli tad-deżert, bliet bħal Ghadames u Ghat huma mibnija madwar oażi u fejn xi darba kienu jarmaw karavanijiet mimlijin ġid. Il-lagi huma mdawra b'siġar tal-palm kbar filwaqt li f'nofs id-deżert tas-Saħara wieħed isib meded sħaħ ta' duni tar-ramel. Vulkani estinti bħal WAW al-Namus jagħtuk il-possibbiltà li tara lagi uniċi b'kull lewn immaġinabbli, filwaqt li f'Jebel Acacus tista' tesperjenza formazzjonijiet ta' arti b'ġebel preistoriku.

Il-Libja għandha ħames żoni klimatiċi differenti, bl-influwenzi klimatiċi dominanti jkunu dawk tal-Baħar Mediterran u tas-Saħara. Ġeneralment, il-klima tal-pajjiż tkun waħda Mediterranja b'sajf sħun ħafna u xitwa moderata bi ftit ħalbiet tax-xita. Fir-reġjuni muntanjużi, it-temp ikun aktar kiesaħ u l-parti l-kbira tal-ġlati jiġu fformati fuq l-aktar muntanji għoljin. Fid-deżert, is-sjuf huma sħan b'temperaturi li jvarjaw b'mod estrem.

Meta tippjana li żżur il-Libja, lesti ruħek għal vjaġġ li ser jieħdok lura fiż-żmien u li jagħtik il-possibbiltà li terġa' tgħix l-istorja mill-ġdid.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!