Il-Greċja

Il-Greċja
Il-Greċja u l-gżejjer tagħha, li huma sinonimi mal-antikitajiet u l-arti, joffru lit-turisti esperjenza varjata għall-aħħar. Il-Greċja, li hija tipikament Mediterranja, tgħaqqad gżejjer meraviljużi, għawm f'baħar ikħal ċar, irħula pittoreski bi tradizzjonijiet qawwija u, naturalment, xi ftit mill-aktar ikel delizzjuż li jeżisti.
Gawdi ħut u frott tal-baħar frisk, ħxejjex maqtugħin ftit sigħat biss qabel ma jaslu fuq il-platt tiegħek, flimkien ma' daqsxejn inbid Grieg mill-ifjen.
Il-Griegi għandhom tradizzjoni twila ta' ospitalità, tant li hawnhekk tista' sserraħ rasek li kull merħba li tingħata hija ġenwina.
Il-Griegi huma bir-raġun kollu kburin b'pajjiżhom u huma konxji ħafna tal-post onorat tiegħu fl-istorja.