Ġermanja

Il-Ġermanja
Il-Ġermanja għandha reputazzjoni għall-effiċjenza u l-preċiżjoni, li mhux bilfors huma l-aħjar karatteristiċi f'destinazzjoni turistika. Madankollu, agħti ċans lil dan il-pajjiż affaxxinanti u tkun impressjonat serjament bil-ħila tiegħu li jibbilanċja dan il-lat ma' wħud mill-isbaħ u l-aktar bliet divertenti fl-Ewropa.
Kemm jekk inhu l-Oktoberfest, li jara miljuni ta' turisti li jżuru l-pajjiż bi ħġarhom għall-birra u z-zalzett, jew id-divertiment ta' bil-lejl li ma huwa inferjuri għal imkien, il-Ġermanja toffri eċċitament għal kulħadd. Iżda dak li jiddistingwi din id-destinazzjoni minn oħrajn huwa l-volum kbir ta' bini storiku meraviljuż u miżmum fl-aqwa kundizzjoni.
Il-knejjes, il-bini tal-gvern u l-monumenti huma kollha miżmuma b'mod impekkabbli, anki fi bliet bħal Dresden, li kważi nqerdu għal kollox matul il-bombardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Dawk li jridu jaħarbu mill-ġenn u l-ħajja mgħaġġla tal-bliet urbani, fil-Ġermanja ser ikollhom biex jitpaxxew, hekk kif dan il-pajjiż huwa mogħni b'ħafna natura u kampanja, billi joffri ammont kbir ta' parks u ġonna pubbliċi fejn wieħed jista' jqatta' nofs ta' nhar rilassanti għall-kwiet.